Pope Benedict XVI

Il-Vatikan ikkundanna attentati li għamlet il-media Ġermaniża biex torbot il-Papa Benedittu XVI ma’ allegat każ ta’ abbuż fuq it-tfal f’pajjiżu, il-Ġermanja. Intant, il-Malti Monsinjur Charles Scicluna, li huwa l-uffiċjal tal-Vatikan inkarigat mill-prosekuzzjoni ta’ qassisin li jkunu allegatament mixlija b’abbużi sesswali, kiteb fil-gazzetta Taljana L’ Avvenire li l-akkużi dwar il-Papa Benedettu huma foloz u mimlija kalunji.

Monsinjur Scicluna kompla jgħid li l-Kardinal Ratzinger, qabel ma laħaq Papa, minn dejjem wera għaqal u pożizzjoni ferma fil-mod kif kien imexxi l-każi ta’ abbużi. Fi kliemu, dan urieh minn meta kien għadu kap tad-dipartiment li taħtu taqa’ d-dixxiplina fil-Knisja, cioe, il-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi, kariga li okkupa għal erba’ snin qabel ma leħaq Papa.