Arkivji mensili: Ottubru 2009

LAQGĦA MAS-SOĊJETA ĊIVILI F’SAN PAWL IL-BAĦAR

Il-Ġimgħa, 30 ta’ Ottubru, 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP ltaqa’ mal-membri tas-soċjeta ċivili bħala parti miż-żjara pastorali li qed jagħmel f’San Pawl il-Baħar. Din iż-żjara pastorali bdiet is-Sibt, 24 ta’ Ottubru, 2009, b’Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ din il-lokalita. AGĦFAS HAWN biex tara r-ritratti tal-Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara pastorali.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-MALTIN JIFFAĊĊJAW DIFFIKULTA’ BIEX ILAĦĦQU MAL-ĦAJJA?

Il-Maltin huma fost l-inqas Ewropej li jsibuha diffiċli biex jgħixu bid-dħul li għandhom jew li jħossu li l-kriżi finanzjarja żiedet il-livell ta’ faqar f’pajjiżhom. Dan minkejja li huma fost l-iktar li għandhom diffikultajiet finanzjarji!

Din l-istampa ambigwa toħroġ minn stħarriġ li sar mill-aġenzija Ewropea responsabbli mill-analiżi tal-opinjoni pubblika, il-Eurobarometer, u ppubblikat iktar kmieni din il-ġimgħa.

L-istħarriġ kien ippubblikat hekk kif żgħażagħ Maltin minn għaqdiet u movimenti differenti impenjati fil-proġett Y Standup? … Kompli aqra »

L-INTENZJONIJIET TAL-PAPA GĦAL NOVEMBRU

Pope Benedict XVI

L-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Papa Benedittu XVI matul Novembru hi li “kull persuna fid-dinja, speċjalment dawk li għandhom responsabbilta fil-qasam politiku jew dak ekonomiku, ma tfalli qatt milli timpenja ruħha tissalvagwardja l-ħolqien”.

Intant, l-intenzjoni missjunarja tat-talb tal-Papa għal Novembru se tkun “biex dawk li jħaddnu twemmin differenti, juru permezz tax-xiehda tal-ħajja tagħhom stess u d-djalogu fratern, li l-isem ta’ Alla huwa għajn li minnha titnissel il-paċi”… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni

Il-Ġimgħa, 30 ta’ Ottubru, 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona żar id-Dipartiment tax-Taxxi Interni fil-Furjana, fejn iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tat-tiġdid tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni lill-Qalb ta’ Ġesu. Din hija attivita li bdiet ssir aktar minn 50 sena ilu u li baqghet issir kull sena.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

L-Arċisqof u l-forum YStandup?

F’laqgħa li saret nhar il-Ħamis 29 ta’ Ottubru, żgħażagħ minn għaqdiet u movimenti differenti li kienu impenjati fil-proġett ‘Y Standup?’ organizzatt mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) iltaqgħu ma’ l-Arċisqof Pawl Cremona OP. Din il-laqgħa saret bħala parti mill-proċess ta’ djalogu li tnieda f’dan il-proġett bl-iskop li ż-żgħażagħ jingħataw l-ispazju sabiex isemmgħu il-vuċi tagħhom fil-Knisja u fis-soċjeta. Matul din il-laqgħa, iż-żgħażagħ iddiskutew ma’ Mons… Kompli aqra »

SPANJA: ISQFIJIET KONTRA HALLOWEEN

Il-Knisja Kattolika fi Spanja qed twissi lill-insara dwar il-popolarita dejjem tikber tal-mod deskritt bħala “pagan” u “mhux nisrani” li bih qed jiġi ċelebrat Halloween. Id-direttur tal-Kummissjoni Liturġika fi ħdan il-Konferenza Epsikopali Spanjola, Fr Joan Maria Canals, ikkritika lill-ġenituri li jeżerċitaw pressjoni fuq uliedhom biex jilbsu kostumi u jiċċelebraw Halloween, minflok ma jinkoraġġuhom ifakkru l-festa tal-Qaddisin kollha u jfakkru wkoll il-mejtin kollha fl-ewwel jumejn ta’ Novembru… Kompli aqra »

ŻJARA TAL-PAPA FIL-POST FEJN TWIELED PAPA PAWLU VI

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI se jkun qed iżur il-post fejn twieled Papa Pawlu VI u jinawgura l-bini ġdid għall-Istitut ddedikat lil dan l-Isqof ta’ Ruma li dam bejn l-1963 u l-1978.

Iż-żjara pjanata għat-8 ta’ Novembru lejn Concesio se tkun qed issir fil-kuntest taż-żjara pastorali tal-Papa lejn il-provinċja Taljana ta’ Brescia, 30 sena wara l-mewt ta’ Pawlu VI.

L-uffiċċju stampa tal-Vatikan ippubblika l-programm uffiċjali għal żjara pastorali ta’ ġurnata… Kompli aqra »

IS-SANTA SEDE TIDENTIFIKA L-GĦAJN TAL-INTOLLERANZA RELIĠJUŻA

Archbishop Celestino Migliore

“Qabel ma jista’ jkun hemm liberta reliġjuża awtentika, għandu jkun hemm bidla fil-qlub fejn jirrigwarda t-tolleranza u r-rispett lejn reliġjonijiet oħra u l-kulturi differenti”, qalet is-Santa Sede.

L-Arċisqof Celestino Migliore, osservatur permanenti tas-Santa Sede għall-Ġnus Maqgħuda, tkellem dwar il-liberta reliġjuża f’indirizz li ta fl-64 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda.

L-Arċisqof beda billi rrikonoxxa li l-Ġnus Maqgħuda ħadem biex jippromwovi u jipproteġi “d-drittijiet umani u l-libertajiet fundamentali, id-diversita kulturali u l-eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ intolleranza reliġjuża fid-dinja”… Kompli aqra »

SEBA’ DJAKNI ĠODDA

Nhar il-Ħadd, 8 ta’ Novembru, 2009, fis-sitta ta’ filgħaxija, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP ser imexxi konċelebrazzjoni solenni fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid li fiha se jiġu ordnati Djakni sitt seminaristi u Agostinjan. Kulħadd huwa mistieden għal din iċ-ċelebrazzjoni, filwaqt li nkomplu nitlobu għall-aktar vokazzjonjiet u għall-qdusija tas-saċerdoti b’mod speċjali f’din is-sena dedikata lilhom.

Ritratt: (fuq quddiem) Fra Deo Debono OSA, Sem… Kompli aqra »