Arkivji mensili: Ottubru 2009

FAVUR DIMOSTRAZZJONI KONTRA L-LEGIZLAZZJONI TAL-ABORT FI SPANJA

L-Isqfijiet Kattolici fi Spanja qed jappellaw lill-membri tal-Knisja sabiex jinghaqdu fi protesta kontra l-legislazzjoni tal-abort li tkun tippermetti tfajliet mill-eta ta’ 16-il sena li jwaqqfu hesrem it-tqala taghhom minghajr il-kunsens tal-genituri.

“Din il-ligi tkun pass sew lura, specjalment fid-difiza tad-dritt tal-hajja ta’ dawk mhux imwielda. Tfisser abbandun ikbar tal-ommijiet tqal u hsara irreparabbli ghall-gid komuni”, qalet il-Kummissjoni Permanent ital-Isqfijiet fi stqarrija.

L-Isqfijiet issuktaw li “l-lajci qed jirrispondu ghall-isfida prezentata b’kuxjenza socjali u morali billi jezercitaw id-dritt taghhom li jinghaqdu f’dimostrazzjoni pacifikabiex jesprimu l-oppozizzjoni taghhom… Kompli aqra »

Teskludux lill-Knisja mill-hajja socjali – Benedittu XVI

Il-Papa Benedittu XVI appella lill-Isqfijiet Ewropej sabiex izommu milli jeskludu l-Knisja mill-hajja kulturali u socjali, anke sakemm taghmel cara id-distinzjoni bejnha u bejn l-Istat. Il-Papa afferma dan f’messagg lill-Kardinal Peter Erdo, President tal-Kunsill tal-Konferenzi tal-Isqfijiet Ewropej u l-Arcisqof ta’ Budapest fl-Ungerija.

Il-Kunsill zamm l-assemblea plenarja tieghu f’Parigi fil-jiem li ghaddew, u ddiskuta t-tema CHURCH-STATE RELATIONS 20 YEARS AFTER THE FALL OF THE BERLIN WALL… Kompli aqra »

Attivitajiet għas-Sena Saċerdotali

“Is-Saċerdozju hu l-imħabba tal-Qalb ta’ Ġesù”

San Ġwann Marija Vianney

Xi Attivitajiet għas-Sena Saċerdotali Irtir tax-xahar

Minn Ottubru, se jibda jiġi organizzat irtir kull xahar miftuħ għas-saċerdoti kollha. Dawn l-irtiri jkunu bejn id-9.30 a.m. u l-11.30 a.m. Dettalji jingħataw iżjed ’il quddiem. Id-data ta’ dawn l-irtiri huma:

It-Tlieta:

  • 6 ta’ Ottubru 2009
  • 3 ta’ Novembru
  • 1 ta’ Diċembru
  • 5 ta’ Jannar 2010
  • 2 ta’ Frar
  • 2 ta’ Marzu
  • 6 ta’ April
  • 4 ta’ Mejju
  • 1 ta’ Ġunju

Ġranet għas-saċerdoti tal-Unità

Se jiġi organizzat matul is-sena Jum ta’ Fraternità saċerdotali għas-saċerdoti ta’ kull Unità… Kompli aqra »

Omelija- Mons. Arċisqof Pawlu Cremona OP fil-Bidu tas-Sena tas-Saċerdoti

Il-Ħamis, 18 ta’ Ġunju 2009 – Seminarju ta’ l-Arċisqof

Ħuti, din hija providenza li l-Papa Benedittu XVI nieda din is-sena għal dan id-don kbir li Alla l-Imbierek ta lill-Knisja tiegħu permezz tas-saċerdozju ministerjali. U kemm hija okkazjoni qawwija għalina li din s-sena aħna lkoll, wieħed wieħed, niġġeddu f’dan id-don! U kemm kien ukoll ħsieb sabiħ li aħna nibdew din is-sena propju lejlet il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Messaġġ fuq is-sena tas-Saċerdoti minn Dun Ġużepp Mifsud Bonnici

Fid-19 ta’ Ġunju – festa tal-Qalb ta’ Ġesù – bdiet sena dedikata lis-saċerdoti skont ix-xewqa tal-Papa Benedittu XVI. Dan il-Papa għamlu fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mill-mewt ta’ San Ġwann Marija Vianney li hu magħruf bħala l-Kurat t’Ars. Il-Papa jrid jagħti lis-saċerdoti importanza speċjali matul din is-sena u jrid juri lis-saċerdoti kemm iħobbhom u jixtieq jgħinhom biex jgħixu s-sejħa u l-missjoni tagħhom b’ferħ u entużjazmu.

L-isfida li għandhom is-saċerdoti hija li jkunu saċerdoti fi żminijiet tal-lum, li mhux jikkundannaw id-dinja ta’ madwarhom imma jsalvawha, bħal Ġesù li ma ġiex biex jikkundanna imma biex isalva… Kompli aqra »

5 – 11 ta’ Ottubru

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippreżenta r-rapport ‘Nirrestawraw il-Festi Flimkien’ lill-Kulleġġ tal-Kappillani.

11.00 a.m. L-Arċisqof jippreżenta l-istess rapport lill-media.

6.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għal riċeviment fl-okkażjoni tad-dsatax-il anniversarju mill-għaqda tal-Ġermanja fir-residenza ta’ l-ambaxxatur Ġermaniż, f’ħal Lija.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-konferenza bit-tema ‘Insahhu z-Zwieg u l-Familji’, organizzata mill-moviment ta’ Kana u miċ-Ċentru tal-Istudju fuq il-Familja tal-Universita ta’ Malta, fil-Palazz, il-Belt… Kompli aqra »

Arkivji tas-Sena Pawlina

Mid-29 ta’ Ġunju 2008 sad-29 ta’ Ġunju 2009, il-Knisja mad-dinja kollha qed tiċċelebra Sena ta’ Ġublew Speċjali ad unur ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl, li tradizzjonalment huwa maħsub li twieled bejn is-snin 7 u 10 W.K. Iċ-ċelebrazzjoni se tkun l-iżjed fil-Bażilika ta’ San Pawl barra l-Ħitan ta’ Ruma, fejn il-fdalijiet ta’ San Pawl ilhom jiġu meqjuma għal sekli sħaħ. Din il-Bażilika din is-sena qed tilqa’ eluf ta’ pellegrini… Kompli aqra »

Konferenza Ewropea tal-Kummissjonijiet tal-Ġustizzja u Paċi

“Liema huma l-fruntieri tas-solidarjetà fl-Ewropa?”

Il-Konferenza Ewrpea tal-Kummissjonijiet tal-Ġustizzja u Paċi tal-Knisja Kattolika (Justice and Peace Europe) organiżżat l-laqgħa ġenerali annwali u l-workhop internazzjonali bit-tema: “Liema huma l-fruntieri tas-solidarjetà fl-Ewropa?” fil-belt Spanjola ta’ Sevilja.

It-tema tas-solidarjetà tieħu sinifikat partikulari f’kuntest ta’ dinja aktar globaliżżata. F’Sevilja d-delegati kellhom l-opportunità jag]rblu l-isfidi tas-solidarjetà – dawk politi`i, so`jali, kulturali u ekonomi`i kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak internazzjonali… Kompli aqra »

L-intenzjonijiet tat-talb tal-Papa għal Ottubru

L-intenzjoni generali tat-talb tal-Kap tal-knisja Kattolika ghal matul dan ix-xahar t’Ottubru hija sabiex il-jum tal-Hadd jinghex bhala l-gurnata li fiha l-insara jingabru biex jiccelebraw lil Kristu mqajjem mill-mewt bis-sehem taghhom fl-Ewkaristija.

L-intenzjoni missjunarja ghat-talb tal-Papa matul Ottubru 2009 hija sabiex il-poplu t’Alla, li Kristu tah il-mandat sabiex imur u jghallem il-vangelu lid-dinja kollha, jassumi r-responsabbilta missjunarja tieghu u jzomm din il-missjoni bhala l-ikbar wahda b’servizz lill-umanita… Kompli aqra »

Ir-relikwija ta’ Santa Tereza fir-Renju Unit tattira l-eluf

L-Isqfijiet tal-Ingilterra u Wales jestimaw li mat-68,700 zaru r-relikwiji ta’ Santa Tereza li ilhom hemm mis-16 ta’ Settembru. Dan fi spazju tal-ewwel ghaxart ijiem tat-tour bir-relikwiji taghha.

Ir-relikwiji ta’ Santa Tereza ta’ Lisieux se jkunu qed iduru mar-Renju Unit sas-16 t’Ottubru. Ir-relikwiji diga ddawru f’40 pajjiz.

Matul il-perjodu li matulu qed jiddawru fir-Renju Unit, ir-relikwiji ghandhom waqfa f’sit mhux kattoliku, li huwa l-York Minster, kattidral tal-Knisja tal-Ingilterra… Kompli aqra »