Arkivji mensili: Novembru 2009

48 GĦAQDA DIFFERENTI GĦALL-LAQGĦA TAL-KDZ DWAR IŻ-ŻJARA TAL-PAPA

Madwar mitt rappreżentant minn tmienja u erbgħin għaqda differenti attendew għall-laqgħa li saret nhar l-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009, u li matula tnediet il-mixja lejn il-laqgħa taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin mal-Papa Benedittu XVI, li ser issir nhar il-Ħadd 18 ta’ April 2010 fil-Waterfront, il-Belt.  Matul din il-laqgħa, organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, li għandha r-responsabbilita li tikkoordina l-programm u l-loġistika ta’ din il-laqgħa, beda l-proċess ta’ konsultazzjoni mal-membri tal-għaqdiet taż-żgħażagħ fi ħdan il-parroċċi, l-movimenti u l-ordnijiet tar-reliġjużi kif ukoll ma’ għaqdiet oħrajn ta’ natura sekulari li kienu wkoll preżenti għal dawn id-diskussjonjiet sabiex jagħtu sehmhom fit-tiswir ta’ l-identita li għandha tieħu din il-laqgħa mal-Papa Benedittu… Kompli aqra »

It-Tielet Ittra tal-Arċisqof liż-Żgħażagħ

NHAR IL-ĦADD LI ĠEJ, 29 ta’ Novembru, 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP se jżomm l-appuntament annwali tiegħu maż-żgħażagħ fl-okkażjoni tal-bidu tal-Avvent. L-Arċisqof se jkollu laqgħa ta’ talb maż-żgħażagħ, li matulha se jagħtihom messaġġ iddedikat lilhom.

Kien fl-2007, ftit xhur biss wara l-konsagrazzjoni tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta, li Mons Pawlu Cremona OP bagħat l-ewwel ittra tiegħu liż-żgħażagħ.. L-ewwel messaġġ tiegħu kien marbut mat-tema tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ tas-sena ta’ wara – 2008, “Intom ikollkom il-qawwa, meta jiġi l-Ispirtu s-Santu fuqkom, u tkunu xhud tiegħi” (Atti 1:8)… Kompli aqra »

WEBSITE ĠDIDA GĦALL-KUMMISSJONI DJOĊESANA TFAL F’GĦELUQ L-EWWEL SENA

  • Il-Kummisjoni Djoċesana Tfal (KDT) stiednet lil-membri tal-Kunsill tat-tfal u l-familji tagħhom sabiex jiċċelebraw dan l-anniversarju u anke biex ifakkru l-Jum Internazzjonali tat-Tfal. Din l-attivita saret nhar is-Sibt 22 ta’ Novembru, 2009. L-Arċisqof Pawlu Cremona OP rringrazzja lil membri tal-KDT, membri tal-Kunsill tat-tfal u l-familji tagħhom tal-impenn li qed joffru sabiex din il-ħolma saret realta. L-Arċisqof heġġeg lit-tfal u lil dawk prezenti sabiex jgħixu ħajja b’valuri Kristjani u b’hekk iservu ta’ ezempju għal ħbieb tagħhom…

  • Kompli aqra »

STQARRIJA TAL-PROVINĊJA DUMNIKANA MALTIJA

STQARRIJA TAL-PROVINCJA DUMNIKANA MALTIJA SAN PIJU V

DWAR INTERVENTI FUQ MEZZI TAX-XANDIR MINN P. MARK MONTEBELLO O.P.

Minn zmien ghal zmien, kultant ukoll b’certu frekwenza, P. Mark Montebello OP, sacerdot Dumnikan, jigi mistieden jiehu sehem fi programmi tar-radju jew tat-televizjoni biex jitkellem fuq temi kurrenti.   Artikli tieghu jidhru wkoll regolarment f’gazzetti lokali.

Sfortunatament, diversi interventi tieghu, bil-fomm jew bil-kitba, spiss iweggghu is-sentimenti ta’ maltin, partikolarment, imma mhux biss, ta’ insara prattikanti.  … Kompli aqra »

IL-PARLAMENT EWROPEW DWAR L-ABBUŻ FUQ IN-NISA: “DAWN IL-KAŻI M’GĦANDHOMX JIBQGĦU MISTURA”

Violence on women

“Fl-Ewropa, minn 20 sa 25% tan-nisa, għal tal-inqas darba f’ħajjithom, sofrew abbuż fiżiku. Kuljum, fl-Unjoni Ewropea, mara minn ħamsa hi vittma ta’ xi forma ta’ abbuż”, jew fiziku bis-swat, jew sesswali sew psikoloġiku. “95% ta’ dawn l-abbużi jseħħu ġod-dar, fi ħdan il-familja.” “Ir-rati għolja ta’ abbuż kommess minn ex-sieħba juru li n-nisa mhumiex protetti biżżejjed, anki meta xi kultant jirnexxielhom iwaqqfu r-relazzjoni vjolenti li jkunu fiha”… Kompli aqra »

EPHPHATHA! IL-PERSUNI NIEQSA MIS-SMIGĦ FIL-ĦAJJA TAL-KNISJA

Delegazzjoni Maltija li kienet tinkludi fost oħrajn żewġ persuni nieqsa mis-smigħ, żewġ lecturers mill-Università ta’ Malta, interpreta tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija kif ukoll tlett saċerdoti attendew għall-XXIV Konferenza Internazzjonali organizatta mill-Kunsill Pontifiċju għall-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa.  Din il-Konferenza, li nżammet fis-sala l-ġdida tas-Sinodi fil-Vatikan bejn id-19 u l-21 ta’ Novembru 2009 ittrattat it-tema: ‘Ephphatha! Il-Persuni Nieqsa mis-Smigħ fil-Ħajja tal-Knisja’.

L-għan ta’ din il-konferenza kien li jagħti opportunità lill-Knisja biex tenfasizza l-kontribut li jagħtu l-persuni nieqsa mis-smigħ f’diversi oqsam ta’ l-appostolat  kif ukoll biex tirrikonoxxi l-importanza tal-ħidma taghom… Kompli aqra »

X’ġara Waqt l-Attivita’… GAUDIUM ET SPES Lecture 2009

Banking on Virtue?

Dan huwa sunt tad-diskora ta’ Robert Keen, fl-attivita’ organizzata mid-DISCERN: ‘Gaudium et Spes Lecture 2009′, nhar il-Ħamis 19 ta’ Novembru, 2009.

Is-socjetajiet tal-Punent, ikkaratterizzati minn normi morali liberali u progressivi, b’mod persistenti qeghdin jaffaccjaw sfidi kkonfrontati minn prattici etici finanzjarji. Bla dubju, illum it-test tal-gvernijiet, l-awtoritajiet u l-organizazzjonijiet fil-komunita` tan-negozju huwa li jfittxu bilanc funzjonabbli bejn dik li hija meqjus bhala remunerazzjoni ‘ragonevoli’ u dik ‘eccessiva’… Kompli aqra »

GĦALL-JUM DINJI TAL-AIDS, IFFUKAR FUQ IT-TFAL

Il-President ta’ Caritas Internationalis iddikjara li l-ebda tifel jew tifla m’għandhom ibatu għax ikunu twieldu f’pajjiż b’rata għolja ta’ AIDS u b’sistema medika fqira. Din id-dikjarazzjoni saret hekk kif l-aġenzija Kattolika ta’ għajnuna qed iddawwar ħarsitha lejn il-Jum Dinji tal-AIDS u tiffoka fuq it-tfal. Il-Jum Dinji tal-AIDS jitfakkar fl-1 ta’ Diċembru u dis-sena għandu t-tema “Aċċess Universali u Drittijiet Umani”.

Il-Kardinal Oscar Rodriguez Maradiaga, President tal-Aġenzija, qed jappella għal azzjoni immedjata biex isseħħ prevenzjoni mill-mewt tat-tfal bl-ĦIV fil-pajjiżi l-fqar… Kompli aqra »

SPANJA: IL-KARDINAL RUOCO BI TĦASIB QUDDIEM IL-KRIŻI EKONOMIKA TIPPERSISTI

Cardinal Antonio Maria Ruoco Varela

Fi Spanja, “il-kriżi ekonomika qed tippersisti u l-qgħad flok se jonqos, qed jiżdied. Għadd ta’ kumpaniji, speċjalment dawk żgħar u medji, mhux qed ikampaw. Dawn iċ-ċifri allarmanti ma jistgħux jaħbu l-fatt li l-istess ċifri jirrappreżentaw nies; familji li għandhom problema serja biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet bażiċi tagħhom, bħall-ikel, bżonnijiet tad-dar u edukazzjoni”.

Dan iddikjarah il-Kardinal Antonio Maria Ruoco Varela, fi ftuħ l-Asemblea Plenarja tal-Konferenza tal-Isqfijiet Spanjoli… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA MARIA ASSUNTA FIL-ĦAMRUN

Fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju mit-twaqqif tal-iskola Maria Assunta, It-Tnejn 23 ta’ Novembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa ta’ radd il-ħajr. Għal din iċ-ċelebrazzjoni kien prezenti wkoll il-President tar-Repubblika George Abela u s-sinjura Abela.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt… Kompli aqra »