Arkivji mensili: Novembru 2009

“ĦIDMET IL-KNISJA FOST DAWK MORDA BL-AIDS…TIPPROMWOVI D-DINJITA U R-RISPETT”

“Il-ħidma tal-Knisja Kattolika fl-Afrika biex tidentifika minn fejn qed tibda u tinxtered l-AIDS u biex tieħu ħsieb nies li jgħixu b’dan il-mard, hi ħidma b’rispett sħiħ lejn id-dinjita u l-ħajja ta’ kull persuna, ħidma li turi solidarjeta ma’ kull min hu fil-bżonn.”  Dan qalu l-moderatur tas-Superjuri tal-Ġiżwiti fl-Afrika u l-Madagascar.

Fi stqarrija li tħejjiet għall-kommemorazzjoni tal-Jum Dinji tal-AIDS imfakkar fl-1 ta’ Diċembru, il-Ġiżwita Fratern Masawe qal li “meta l-AIDS bdiet tolqot u tifrex l-għeruq tagħha fl-Afrika 25 sena ilu, ftit kien hemm min irreaġixxa sew… Kompli aqra »

IĊ-ĊELEBRAZZJONI DJOĊESANA TA’ KRISTU RE

Il-Ħadd, 22 ta’ Novembru 2009, quddiem il-Knisja Parrokkjali tas-Swatar saret iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Re. It-tema għal din is-sena kienet “Miftuħin għal Alla, miftuħin għal ħutna”. B’emfażi fuq l-Enċiklika tal-Papa Benedittu XVI ‘Caritas In Veritate’, il-programm kien jinkludi feature li tratta l-globalizazzjoni, l-kriżi finanzjarja, l-immigrazzjoni u l-ambjent. Iċ-ċelebrazzjoni Djoċesana laħqet il-qofol tagħha bid-diskors tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP, li wkoll għamel r-riflessjonijiet tiegħu fuq l-Enċiklika tal-Papa… Kompli aqra »

ĦAMES SEMINARISTI SE JINGĦATAW IL-MINISTERU TAL-AKKOLITAT

L-Arċisqof Pawlu Cremona OP nhar il-Gimgħa, 27 ta’ Novembru 2009, se jmexxi ċelebrazzjoni Ewkaristika li fiha ħames seminaristi se jingħataw il-Ministeru tal-Akkolitat. Il-funzjoni se ssir fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publiju, Floriana, fis-6.30pm.

Il-ħames seminaristi, li jinsabu fis-sitt sena tal-kors tas-Seminarju huma Stephen Attard mill-Mosta, Rene’ Antoine Cilia mill-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, Nicholas Dimech mis-Siġġiewi, Stephen Magro minn Ħaż-Żabbar, David Torpiano mill-Floriana… Kompli aqra »

23 – 29 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-iskola Maria Assunta, Ħamrun.

7.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’programm televiziv irrekordjat.

It-Tlieta

L-ebda mpenn uffiċjali

L-Erbgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur il-kappillani waqt irtir f’Dar Manresa, Għawdex… Kompli aqra »

L-IMPENN GĦALL-IŻVILUPP SOĊJO-EKONOMIKU F’MALTA

Il-Fondazzjoni Pro-Pontefiċe Centesimus Annus organizzat seminar bit-tema L-IMPENN GĦALL-IŻVILUPP SOĊJO-EKONOMIKU F’MALTA FID-DAWL TAL-ENĊIKLIKA TAL-PAPA BENEDITTU XVI “CARITAS IN VERITATE”. Matul is-seminar, immexxi minn Joseph F.X. Zahra, taw l-intervent tagħhom l-Arċisqof Pawlu Cremona, il- Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat.

L-Arċisqof Pawlu Cremona beda biex staqsa għaliex hemm l-enċiklika u fisser li l-punt tat-tluq huwa l-idea Kristjana tal-ħolqien – Alla li ħalaq lill-bniedem xbieha tiegħu biex dan, flimkien miegħu, jindokra l-ħolqien… Kompli aqra »

IL-KNISJA F’MALTA TĦADDEM AKTAR MINN 2,500 PERSUNA

Matul is-sena li għaddiet, il-Knisja f’Malta kienet tħaddem magħha ftit iktar minn 1,100 persuna, bi spiża ta madwar €12-il miljun f’pagi. Dawn barra l-madwar 1,400 għalliem oħra fl-iskejjel tagħha, li madankollu jirċievu s-salarju tagħhom mill-Istat, skont il-ftehim li kien sar bejn l-Istat Malti u s-Santa Sede f’Novembru 1991. Dawn iċ-ċifri jpoġġu lill-Knisja f’Malta fost l-ikbar employers fil-pajjiż.

Ċifri mgħoddija lil IL-ĠENSillum juru li fi tmien is-sena li għaddiet, il-Knisja kienet tħaddem magħha 1,115-il persuna… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF ROWAN WILLIAMS F’LAQGĦA MAL-PAPA DWAR IL-PJAN GĦALL-ANGLIKANI

Anglican Archbishop Rowan Williams

L-Arċisqof ta’ Canterbury se jiltaqa’ mal-Papa Benedittu XVI hekk kif qed tiżdied it-tensjoni dwar l-offerta tal-Vatikan li dan jilqa’ fi ħdanu Anglikani li xtaqu jingħaqdu fi ħdan il-Knisja Kattolika. Il-proposta tal-Papa tippermetti lil dawn l-Anglikani jikkonvertu waqt li jżommu għadd ta’ tradizzjonijiet u prattiċi li kellhom.

L-Arċisqof Rowan Williams qal li jemmen li din l-inizjattiva bl-ebda mod mhu se toħloq ħsara lir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat… Kompli aqra »

KRISTU RE 2009

Nhar il-Ħadd li ġej, 22 ta’ Novembru 2009, se tiġi organizzata ċ-ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re bit-tema “Miftuħin għal Alla, miftuħin għal ħutna”. Is-segretarju pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, Mons Charles Cordina, qal li din it-tema tistedinna lkoll nieħdu responsabilta’ tal-ġustizzja u s-solidarjeta’ kull fejn inkunu. Din it-tema intagħzlet minhabba li ċ-ċelebrazzjoni se tiffoka fuq l-Enċiklika tal-Papa Benedittu XVI ‘Caritas In Veritate’. Il-programm jinkludi feature li jispjega l-punti ewlenin ta’ din l-Enċiklika, b’emfażi fuq il-globalizazzjoni, l-kriżi finanzjarja, l-immigrazzjoni u l-ambjent… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIPPRESIEDI L-ASSEMBLEA PARROKKJALI TAŻ-ŻEJTUN

Bħala parti miż-żjara pastorali li l-Arċisqof Pawlu Cremona OP qed jagħmel fiż-Żejtun, il-Ħamis 19 ta’ Novembru 2009, l-Arċisqof ippresieda l-Assemblea Parrokkjali. Il-laqgħat tal-Arċisqof fiż-Żejtun ser ikomplu nhar il-Ħadd li ġej b’Quddiesa fl-10.00a.m. fiż-żona San Martin, u laqa’ mar-residenti taż-żona ta’ Ħal Tmiem fil-11.30a.m. Kulħadd huwa mistieden li jattendi.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

SEMINAR FUQ L-ENĊIKLIKA “CARITAS IN VERITATE”

A Seminar organized by the Centesimus Annus Pro Pontifice Foundation on the relevance of “Caritas in Veritate”, the most recent encyclical penned by Pope Benedict XVI, to today’s socio-economic reality of Malta, will have as speakers the Prime Minister, Dr Lawrence Gonzi , the Leader of the Opposition, Dr Joseph Muscat, and the Archbishop of Malta, Mgr Pawlu Cremona OP. The Seminar is organized by Centesimus Annus Pro Pontifice Foundation – Malta Chapter together with the Pastoral Formation Institute and the Centru Animazzjoni u Komunikazzjoni in collaboration with the Kummissjoni Gustizzja u Paci, Centru Fidi u Gustizzja, and Kummissjoni Teologika… Kompli aqra »