Arkivji mensili: Novembru 2009

LECTIO DIVINA NHAR IS-SIBT LI ĠEJ

L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija – www.ghstmalta.org – flimkien mal-Fakulta tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta u l-Istitut Karmelitan qed jorganizzaw Lectio Divina nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru fis-7.30pm fil-Kunvent tal-Patrijiet Karmelitani fl-Imdina immexxija minn Profs Anthony Frendo.

L-eżerċizzju tal-Lectio Divina huwa l-għarfien u t-twettieq bl-għemil tar-rieda ta’ Alla permezz tal-Kotba Mqaddsa. It-terminu Lectio Divina jfisser qari tal-Kelma ta’ Alla… Kompli aqra »

IS-SIGURTA FIT-TOROQ: “IR-RESPONSABBILTAJIET MORALI”

Traffic Accident

“Il-Knisja Kattolika tħares lejn il-moralita, l-ewwel u qabel kollox, bħala żvilupp pożittiv għall-umanita. Fil-forom u l-aspetti kollha tagħha, il-mobilita hi fattur karatteristiku tal-ħajja umana u l-iżvilupp kulturali, li huma inseparabbli mill-iżvilupp tal-ekonomiji adekwati.”

Dan qalu l-Arċisqof Agostino Marchetto, li jirrappreżenta s-Santa sede fl-ewwel konferenza Ministerjali globali dwar is-sigurta fl-ikel, li qed issir f’moska u tintemm għada.

Mons Marchetto kompla jgħid li “mingħajr l-infrastruttura tas-sistema tat-trasport, ħafna nies isibuha bi tqila biex isibu impjieg jew jibbenefikaw minn servizzi bażiċi fil-kuntest soċjali, kulturali u mediku”… Kompli aqra »

IL-KULLEĠĠ TAL-KAPPILLANI DWAR ID-DOKUMENT TAL-FESTI

Il-Kulleġġ tal-Kappillani wara laqgħa li saret l-Erbgħa, 18 ta’ Novembru 2009, fil-preżenza tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP, fid-Dar tal-Kleru Fleur-de-Lys, biex jirrifletti u jiddiskuti d-dokument konsultattiv “Nirrestawraw il-Festi Flimkien”, intenni li:

  • Il-Kulleġġ tal-Kappillani jagħraf u japprezza l-valur tal-Festi.  Huma ma jistgħux ikunu kontra l-Festi meta dawn jirriflettu u jgħinu l-mixja nisranija tal-parroċċi.  M’għandna l-ebda ħsieb li nfixklu l-organizzazzjoni u ċ-ċelebrazzjoni tal-Festi meta jirrispettaw dan l-ispirtu.  …
  • Kompli aqra »

ITTRA LIS-SAĊERDOTI FIR-REPUBBLIKA TAĊ-ĊINA

Cardinal Tarcisio Bertone

Kienet ippublikata l-ittra tas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, li kiteb il-Papa Benedittu XVI lis-saċerdoti tal-Knisja Kattolika fir-Repubblika taċ-Ċina għall-okkażjoni tas-sena ddedikata lis-saċerdoti, li ssejħet biex tfakkar il-150 anniversarju mill-mewt ta’ San Ġwann Maria Vianney, magħruf bħala l-Kurat t’Ars.

“Fl-ittra li permezz tagħha l-Papa indirizza lill-Isqfijiet, lis-saċerdoti u l-persuni fil-ħajja kkonsagrata, kif ukoll il-lajċi, issemmew linjigwida għall-ġejjieni tal-Knisja”, spjega l-Kardinal Bertone fl-ittra li kienet ippubblikata biċ-Ċiniż, bl-Ingliż u bit-Taljan… Kompli aqra »

TĦEJJIJIET GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA

F’dawn il-ġranet, Fr Charles Tabone OP u Mr Kevin Papagiorcopulo, mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja, flimkien ma’ Fr Jesmond Manicaro, responsabbli mill-Liturġija, kienu Ruma biex jħejju għaż-żjara tal-Papa f’Malta. Huma ltaqgħu ma’ Padre Frederico Lombardi S.J., id-direttur ġenerali tas-Sala Stampa tas-Santa Sede, tar-Radju tal-Vatikan u taċ-Ċentru televiziv tal-Vatikan, kif ukoll mad-diriġenti u t-tekniċi tar-Radju tal-Vatikan u taċ-ċentru televiziv. Laqgħat oħra kienu mad-direttur tal-gazzetta uffiċjali tal-Vatikan, l-Osservatore Romano… Kompli aqra »

ID-DIVORZJU FL-IRLANDA …L-ESPERJENZA TGĦALLIMNA

The Cana Movement would like to invite the general public to a conference on the subject ‘Divorce in Ireland – The experience of another Catholic country’. The guest speaker for this conference will be David Quinn, Chairperson of Iona Institute in Ireland and religious affairs commentator on radio and TV. The conference will be held on Friday 20th November at 7.00pm, at the Catholic Institute (Sala San Pawl), Floriana… Kompli aqra »

IL-PAPA F’SUMMIT TAL-ĠNUS MAQGĦUDA DWAR L-IKEL

It-Tnejn, il-Papa żar il-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tal-Ġnus Maqgħuda f’Ruma biex jitkellem f’isem il-popli dwar id-dritt fundamentali tal-ikel. Id-direttur għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Patri Ġiżwita Federico Lombardi tkellem dwar dan fil-programm Octava Dies, waqt li analiżża ir-raġunijiet għala l-Papa kien se jieħu sehem f’dan is-summit dinji dwar is-sigurta fl-ikel.

Il-kelliemi għall-Vatikan irrefera għal frażi minn Caritas in Veritate fejn intqal: “Hu għaldaqstant meħtieġ li tkun ikkultivata l-kuxjenza pubblika li tikkunsidra l-ikel u l-aċċess għall-ilma bħala drittijiet universali għal kulħadd, mingħajr ebda distinzjoni jew diskriminazzjoni”… Kompli aqra »

UE: IL-BINI TA’ EWROPA TA’ DRITTIJIET U VALURI

Bit-tema “Il-bini ta’ Ewropa ta’ ċittadini” : illum u għada, Jerzy Buzek, President tal-Parlament Ewropew u Per Westerberg, fit-tmexxija tal-Assemblea Svediża, se jkunu qed jippresiedu laqgħa ta’ Membri Parlamentari nazzjonali u Ewropej tas-27 stat membru, b’iffukar fuq il-programm ta’ Stokkolma 2010-2014.

“Il-Promozzjoni ta’ Ewropa ta’ drittijiet u valuri” hu l-ewwel punt fuq l-aġenda tad-diskussjoni. Diskussjonijiet oħra se jsiru fuq is-sigurta u l-protezzjoni taċ-ċittadini… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JINAWGURA ĊENTRU TAŻ-ŻĦN

On Sunday 15th November 2009, Archbishop Paul Cremona OP inaugurated the ŻĦN Cardijn Centre for Education and Recreation at St. Paul’s Bay. The centre managed by Żgħażagħ Ħaddiema Nsara (ŻĦN) and Youtheme will be at the service of young people contributing to their formation and recreative aims. Previously known as ZHN Holiday Centre, back in the 1960s it provided an affordable holiday away from home for young workers with minimum wage… Kompli aqra »