Arkivji mensili: Diċembru 2009

L-ARĊISQOF IŻUR IL-KAMPANJA ‘MAKE MY HOUSE A HOME’

L-Erbgħa, 2 ta’ Diċembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar l-istudenti mill-Għaqda tat-Teoloġija li b’kollaborazzjoni ma’ Radju RTK qed jorganizzaw l-kampanja ‘Make my House a Home’. Din il-kampanja, li permezz tagħha jsir ġbir għall-Preventive Care Unit, issa ilha ssir madwar 9 snin. F’dawn il-jumejn, l-istudenti li qegħdin jistudjaw it-Teoloġija jimpenjaw ruħhom billi fil-ħin liberu li jkollhom bejn lecture u oħra jagħsru l-larinġ u jbigħuh flimkien ma’ xi doughnuts u kejkijiet lill-istudenti sħabhom li jkunu għaddejjin fuq il-Campus tal-Universita’… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA PRIMARJA TA’ MARSAXLOKK

It-Tlieta, l-1 ta’ Diċembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar il-Kulleġġ San Tumas More Primarja Marsaxlokk. F’din l-iskola bħalissa jattendu 175 student. L-Arċisqof ingħata merħba mit-tfal kollha fil-bitħa tal-iskola. It-tfal kantaw l-Innu tal-Kulleġġ u qalu t-talb ta’ filgħodu. It-tfal offrew donazzjoni ta’ flus biex jingħataw lill-familji u lit-tfal fil-bzonn. Wara ttella’ programm qasir mit-tfal kollha fis-sala tal-iskola.  L-Arċisqof indirizza lit-tfal u lill-ġenituri preżenti fis-sala.  … Kompli aqra »

ŻJARA PASTORALI F’MARSAXLOKK

Il-Ħadd, 29 ta’ Novembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara pastorali f’Marsaxlokk. Il-laqgħat tal-Arċisqof man-nies f’din il-lokalita jkomplu matul din il-gimgħa (Agħfas hawn biex tara l-programm taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’din il-parroċċa).

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

L-INTENZJONIJIET TAL-PAPA BENEDITTU XVI GĦAL DIĊEMBRU

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI, matul dan ix-xahar ta’ Diċembru, fl-intenzjonijiet ġenerali tiegħu qed jitlob biex “it-tfal jingħataw ir-rispett u l-imħabba u qatt ma jispiċċaw vittmi ta’ sfruttament fid-diversi forom tiegħu”.

L-intenzjoni missjunarja tat-talb tiegħu matul Diċembru tiffoka fuq żmien il-Milied sabiex matulu, il-popli fid-dinja “jaraw fil-Kelma Inkarnata d-dawl li jillumina lil kull bniedem, u l-pajjiżi jiftħu l-bibien tagħhom għal Kristu, is-Salvatur tad-dinja”… Kompli aqra »

KNEJJES ISIRU SIEĦBA UFFIĊJALI FID-DJALOGU GĦALL-UE

Church in EU

L-1 ta’ Diċembru jimmarka d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona li jintroduċi flil-liġi primarja tal-UE Artiklu ta’ importanza kbira għall-Knejjes. Bis-setgħa ta’ Artiklu 17 tat-Trattat tat-tħaddim tal-UE, l-UE tirrikonoxxi l-identita u l-kontribut speċifiku tal-Knejjes u tintroduċi fuq dawn il-linji djalogu miftuħ, trasparenti u regolari magħhom.

Grazzi għal dan l-Artiklu, Knejjes u komunitajiet reliġjużi se jkunu jistgħu isaħħu d-djalogu tagħhom mal-Kummissjoni Ewropea, mal-Kunsill u l-Parlament u hekk jikkontribwixxu b’mod effettiv għal riflessjoni tal-politika Ewropea… Kompli aqra »