Arkivji mensili: December 2009

OPEN DAY FID-DAR TAL-PROVIDENZA NHAR L-EWWEL TAS-SENA

L-1 ta’ Jannar, 2010 huwa l-appuntament tal-Maltin u Għawdxin għall-Open Day li Radju RTK se jorganizza għall-erbatax-il darba biex jinġabru fondi għad-Dar tal-Providenza. Ix-xandira televi żiva tibda fid-9.00am b’quddiesa mill-kappella tad-Dar tal-Providenza u tibqa’ sejra sa ftit wara nofsillejl meta titħabbar is-somma tal-għotjiet miġbura. Personalitajiet li se jżuru d-Dar matul il-ġurnata ta’ l-Ewwel tas-Sena jinkludu lill-President ta’ Malta l-E.T. Dr George Abela, il-Prim Ministru, Dr Lawrence Gonzi, L-iSpeaker tal-Kamra, Dr Louis Galea, il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, Dr Joseph Muscat, Mons… Kompli aqra »

APPELL LILL-MEDIA BIEX ISSERVI LILL-UMANITA

Il-Union Internazzjonali Kattolika tal-Press qed tissottolinea r-rwol tal-media fil-binja ta’ ġustizzja ekonomika, u qed tappella lill-ġurnalisti sabiex iservu lill-umanita u l-ħolqien, iktar milli l-aġendi individwali tagħhom. Il-Union affermat dan f’dokument intitolat “Media for Social and Economic Justice” ippubblikat fl-aħħar jiem biex jenfasizza l-importanza u r-rwol tal-ġurnaliżmu fit-tiftix għal soluzzjonijiet fit-tul tal-problemi madwar id-dinja.

Id-dokument jafferma li “l-ġustizzja soċjali u ekonomika tikkostitwixxi dinja paċifika u prospera”… Kompli aqra »

IL-PAPA: L-2009 KARATTERIZZATA MIT-TEMA TAS-SINODU TAL-AFRIKA

Meta kien qed iħares lejn is-sena li għaddiet u l-karatteristiċi ewlenin tagħha, il-Papa Benedittu XVI nnota li l-2009 kienet ikkaratterizzata l-iktar mit-tema tas-Sinodu tal-Afrika. Huwa afferma dan meta kien qed jiskambja l-awguri tradizzjonali ta’ daż-żmien mal-Isqfijiet u l-membri tal-Kurja ta’ Ruma. Semma l-vjaġġ appostoliku tiegħu lejn il-Cameroon u Angola li sar bejn is-17 u t-23 ta’ Marzu li għadda, kif ukoll is-Sinodu tal-Isqfijiet tal-Afrika li sar bejn l-4 u l-25 t’Ottubru li għadda f’Ruma.  … Kompli aqra »

IMFAKKRA IS-60 SENA TAL-MISSJONI PONTIFIĊJA GĦALL-PALESTINA

Il-Missjoni Pontifiċja għall-Palestina, aġenzija Papali għall-għajnuna u l-iżvilupp fi Lvant Nofsani, dis-sena ċċelebrat is-60 anniversarju mit-twaqif tagħha. Din l-aġenzija tas-Santa Sede twaqqfet fl-1949 bħala soluzzjoni “temporanja” biex tingħata għajnuna lir-refuġjati Palestinjani sakemm is-sitwazzjoni tagħhom tkun risolta. Iċ-ċelebrazzjoni ta’ dan l-anniversarju saret riċentament fin-Notre Dame taċ-Ċentru ta’ Ġerusalemm.

L-Arċisqof Antonio Franco, nunzju appostoliku għall-Israel, ippresieda quddiesa tal-okkażjoni, li kienet konċelebrata mill-Arċisqof ta’ Akka, mill-Isqof Awżiljarju ta’ Ġerusalemm, mill-kanċillier tal-Patrijarkat Latin ta’ Ġerusalemm u minn saċerdoti oħrajn… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Jilqgħu l-Awguri


Il-Ħadd 27 ta’ Diċembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Merċieqa u l-Isqof Annetto Depasquale laqgħu lin-nies għall-bdil tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida.

Skond ix-xewqa tal-Papa Benedittu XVI, din is-sena hija ddedikata lis-saċerdoti u għalhekk, fost dawk li attendew għall-bdil tal-awguri, kien hemm 87 żgħażugħ li qed iħejju għas-saċerdozju. Minn dawn iż-żgħażagħ, 36 qed iħejju biex isiru saċerdoti djoċesani filwaqt li 51 huma reliġjużi minn 10 ordnijiet reliġjużi differenti… Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR L-INIZJATTIVA TAL-INSARA GĦAR-RIKONĊILJAZZJONI

“L-insara għandhom jagħmlu l-ewwel pass biex joffru r-rikonċiljazzjoni u jistabbilixxu l-paċi, li jinkludi li wieħed jaċċetta l-ħtija fejn ikun żbaljat”. Dan qalu l-Papa Benedittu XVI meta fil-messaġġ annwali tiegħu ta’ qabel il-Milied, indirizzat lill-Kurja ta’ Ruma u lill-Kardinali li jgħixu f’Ruma, fisser li “llum wieħed irid jitgħallem jirrikonoxxi żball, u jieqaf jilgħabha dejjem tal-innoċenti”.

“Neħtieġu nitgħallmu inħallu lilna nfusna ninbidlu f’das-sens u nħallu lil Alla jagħtina l-kuraġġ u l-qawwa għal dan l-istess tiġdid meħtieġ f’ħajjitna”, kompla jgħid… Kompli aqra »

28 ta’ Diċembru – 3 ta’ Jannar, 2010

It-Tnejn

Mit-8.30a.m. ‘l quddiem. L-Arċisqof iżur is-saċerdoti morda fid-djar.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur is-sorijiet tal-klawsura, il-Monasteru ta’ San Pietru, Mdina.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-lajċi Dumnikani u wara jiċċelebra Quddiesa f’Apap Institute, St Venera.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur is-sorijiet tal-klawsura, il-Monasteru ta’ Santa Katerina, u wara ta’ Santa Ursola, Valletta… Kompli aqra »

IL-PURĊISSJONI TAL-BAMBIN

Ninni, la tibkix iżjed, ninni… O lejl ta’ skiet, lejl tal-Milied, Għanja ħelwa… Qed jinfirex mal-widien, leħen l-anġli tas-Smewwiet… in-noti tal-għanjiet tradizzjonali Maltin tal-Milied, fil-jiem li għaddew, u b’mod speċjali fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa dwew madwar it-toroq tal-bliet u l-irħula Maltin hekk kif mijiet ta’ nies akkumpanjaw il-purċissjoni tradizzjonali tal-Milied.

Joe Galea, Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, il-MUSEUM, qal lil IL-ĠENSillum online dil-ġimgħa li l-purċissjoni, mibdija minn San Ġorġ Preca 88 sena ilu, illum issir f’66 lokalità f’Malta u Għawdex u f’ħames postijiet oħra madwar id-dinja… Kompli aqra »

FIL-MILIED: APPELL GĦAL ATTITUDNI TA’ AĊĊETTAZZJONI LEJN L-IMMIGRANTI

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI fil-messaġġ tiegħu Urbi et Orbi filwaqt li awgura l-Milied it-Tajjeb b’diversi lingwi, fosthom bil Malti, tkellem dwar il-Liturġija tal-Milied li hija mmirata lejn il-Knisja Kattolika u dawk li jemmnu fiha, li jiffurmaw parti mill-familja kbira Universali ta’ dawk li jemmnu fi Kristu.

Fil-Messaġġ tiegħu Benedittu XVI appella mill-ġdid sabiex dawk li jgħixu fl-Art Imqaddsa, propju fejn twieled il-Messija, jabbandunaw kull xorta ta’ vjolenza u ta’ vendetta biex jimpenjaw lilhom infushom b’ħeġġa mġedda u b’ġenerożita’ fil-vjaġġ lejn il-paċi… Kompli aqra »

QUDDIESA TA’ LEJLET IL-MILIED

Il-Ġimgħa, 24 ta’ Diċembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP ċċelebra l-Quddiesa ta’ lejlet il-Milied fil-Katidral tal-Imdina (ritratti).

Nhar il-Milied, l-Arċisqof mexxa Quddiesa Stazzjonali Konċelebrata fil-KonKatidral ta’ San Ġwann. Intant nhar il-Ħadd, 28 ta’ Diċembru, mid-9.30am sal-11.30am, l-Arċisqof se jkun fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt, biex jilqa’ lil kull min jixtieq iżuru personalment biex jagħtih l-awguri ta’ żmien il-Milied u l-bidu ta’ Sena Ġdida… Kompli aqra »