Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI, matul dan ix-xahar ta’ Diċembru, fl-intenzjonijiet ġenerali tiegħu qed jitlob biex “it-tfal jingħataw ir-rispett u l-imħabba u qatt ma jispiċċaw vittmi ta’ sfruttament fid-diversi forom tiegħu”.

L-intenzjoni missjunarja tat-talb tiegħu matul Diċembru tiffoka fuq żmien il-Milied sabiex matulu, il-popli fid-dinja “jaraw fil-Kelma Inkarnata d-dawl li jillumina lil kull bniedem, u l-pajjiżi jiftħu l-bibien tagħhom għal Kristu, is-Salvatur tad-dinja”.