Arkivji mensili: Diċembru 2009

BENEDITTU XVI: JILTAQA’ MAL-ISQFIJIET IRLANDIŻI FIL-11 TA’ DIĊEMBRU

Il-Kardinal Sean Brady, President tal-Konferenza tal-Isqfijiet Irlandiżi, u Mons Diarmuid Martin, Arċisqof ta’ Dublin, se jkunu Ruma fil-jiem li ġejjin biex jiltaqgħu mal-Papa. L-għan tal-laqgħa se jkun “biex jaqsmu informazzjoni u evalwazzjonijiet dwar is-sitwazzjoni ta’ uġigħ għall-Knisja fl-Irlanda wara l-aħħar pubblikazzjoni tar-Rapport tal-Kummissjoni Murphy”.

L-aħbar ngħatat mid-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi li qal “nista’ nikkonferma li l-Papa stieden lill-Kardinal Brady u lill-Arċisqof Martin, għal laqgħa f’Ruma nhar il-Ġimgħa li ġej”… Kompli aqra »

L-IMPATT NEGATTIV TAD-DIVORZJU U L-KOABITAZZJONI

Studju ppubblikat dan l-aħħar fil-Kanada jikkonferma li hemm rabta qawwija bejn id-divorzju, rati ta’ faqar fost irġiel u nisa li jiddivorzjaw, kif ukoll l-impatt ħażin fuq l-ulied. Fl-istess ħin, jinnota li ħafna mill-għodda statistiċi dwar ir-rata tad-divorzju mhumiex eżatti, u aktarx ir-rati huma inqas miċ-ċifri allarmanti ħafna drabi kwotati.

L-istudju, ippubblikat mill-Istitut Vanier għall-Familja huwa intitolat ‘Divorce: Facts, Causes and Consequences’. L-awtriċi tar-rapport, il-Professur Anne-Marie Ambert, hi soċjologa rtirata mill-Università ta’ New York, fl-Istati Uniti… Kompli aqra »

ŻJARA PASTORALI F’BIRŻEBBUĠA

Is-Sibt, 5 ta’ Diċembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara pastorali f’Birżebbuġa. Wara l-Quddiesa, l-Arċisqof ltaqa’ mal-membri tas-soċjeta ċivili. Il-laqgħat tal-Arċisqof man-nies f’din il-lokalita’ jkomplu matul din il-gimgħa (Agħfas hawn biex tara l-programm taż-żjara pastorali tal-Arċisqof f’din il-parroċċa).

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-PAPA JILTAQA’ MAL-MEXXEJ ORTODOSS ALBANIŻ

Ortodox Archbishop Albania

Il-Papa Benedittu XVI iltaqa’ mal-Kap tal-Knisja Ortodossa fl-Albanija, u esprima gratitudni għall-impenn ta’ dan biex tikber l-għaqda mal-Knisja Kattolika. Il-Papa laqa’ fil-Vatikan lill-Arċisqof Anastas ta’ Tirana, Durres u l-Albanija kollha.

“Il-messaġġ salviviku ta’ Kristu ħalla riżultat f’dal-pajjiż”, qal il-Papa meta rrefera għall-perjodu kbir ta’ żmien mill-passat sal-lum. Fl-aħħar snin il-Papa afferma li “l-insara fl-Albanija, kemm Ortodossi u Kattoliċi, żammew il-fidi ħajja fil-pajjiż, u dan minkejja r-reġim ateista ostili u ripressiv, fejn sfortunatament ħafna insara ħallsu għall-fidi tagħhom b’ħajjithom stess”… Kompli aqra »

7 – 13 ta’ Diċembru

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’intervista rrekordjata fuq Education 22.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa organizzata minn Radju Marija fil-Katidral tal-Imdina.

It-Tlieta

9.15 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

6.00 p.m… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’BIRŻEBBUĠA

5 ta’ Diċembru – 14 ta’ Diċembru, 2009

Il-Ġimgħa, 4 ta’ Diċembru

11.30a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan ta’ Birzebbuġa dwar iz-zjara Pastorali.

Is-Sibt, 5 ta’ Diċembru

5.00p.m. L-Arċisqof jitlaqa’ mal-Kummisjoni Djakonija fis-Sala tal-Knisja. 6.30p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-knisja Parrokjali u wara jiltaqa’ man-nies.
8.00p.m. Laqgħa mas-membri tas-Soċjetajiet Ċivili (Sindku, Kunsilliera, Kumitati PN, PL, Għaqda Muzikali San Pietru, Soċjetà Filarmonika San Pietru, B’Bugia St… Kompli aqra »

IL-KNISJA TIPPREŻENTA R-RAPPORT FINANZJARJU U PASTORALI GĦAS-SENA 2008

L-Arċidjoċesi ta’ Malta qegħda, għal darb’oħra tippreżenta r-Rapport Finanzjarju u Pastorali tagħha għas-sena 2008.

Dan ir-rapport jinkludi fih mija u tlieta u għoxrin (123) entità tal-knisja djoċesana. Għalkemm miġburin flimkien, l-amministrazzjoni tagħhom hija waħda separata, jiġifieri kull entità għandha d-dħul u l-ħruġ tagħha u għandha wkoll il-kapital u r-riservi tagħha. Dawn l-entitajiet jinkludu l-Kattidral inkluż il-Mużew, il-parroċċi, id-djar tal-anzjani, id-djar tat-tfal, id-djar tal- persuni b’diżabilità, monasteri tal-klawsura, it-Taqsima Finanzi, il-Fond Ċentrali, il-Fond tal-Kleru, is-Seminarju u Vocations Centre, Piccolo Clero, RTK u Media Centre, Missjoni l-Kbira u Żgħira, Kummissjoni Kateketika, Kummissjoni Emigranti, Caritas, Moviment ta’ Kana, l-Istitut Kattoliku u l-Uffiċċju Ċentral Djar tat-Tfal… Kompli aqra »

€4,200 GĦAT-TFAL TAL-PREVENTIVE CARE UNIT

Studenti tat-Teoloġija jagħsru 250Kg larinġ u jiġbru €4,200

Il-membri tal-Għaqda Studenti tat-Teoloġija, matul it-2 u 3 ta’ Diċembru ġabru total ta’ €4,200 b’risq it-tfal tal-Preventice Care Unit. Madwar €1.600 inġabru mill-istudenti fuq il-campus ta’ l-Universita’ waqt il-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi bl-isem ‘Make my HOUSE a HOME’, li matulha inbiegħu kejkijiet u ħelu ieħor flimkien ma’ xarba ta’ larinġ magħsur. Ta’ min isemmi ukoll li l-MUSC (Malta University Sports Club) organizzaw tournaments tal-volleyball u tal-basketball għall-istess għan… Kompli aqra »

KONFERENZA F’COPENHAGEN: KNEJJES FI FRANZA B’APPELL LILL-PRESIDENT SARKOZY

Nicolas Sarkozy

Il-Knejjes Insara ta’ Franza sejħu lill-President Franċiż Nicolas Sarkozy sabiex iħeġġeġ lill-mexxejja tad-dinja li għandhom jattendu l-laqgħa tal-Ġnus Maqgħuda f’Copenhagen “sabiex jiftħu toroq ġodda għal umanita f’periklu. Hija ħtieġa importanti b’sens qawwi ta’ tama”.

It-test tal-appell, li kien ippubblikat, hu ffirmat mill-ko-Presidenti tal-Kunsill tal-Knejjes Insara fi Franza, li huwa l-Kardinal Andre Vingt-Trois; il-President tal-Konferenza tal-Isqfijiet Franċiżi, Pastor Claude Baty; il-President tal-Federazzjoni tal-knejjes Protestanti, kif ukoll il-Metroplitan Emmanuel f’isem l-Assemblea tal-Isqfijiet Ortodossi ta’ Franza… Kompli aqra »

JUM INTERNAZZJONALI TAL-PERSUNI B’DIŻABILITA`

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Persuni b’Diżabilita` li tfakkar il-Ħamis, 3 ta’ Diċembru, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Qawra. Għal din il-Quddiesa li saret l-Erbgħa, 2 ta’ Diċembru 2009, attendew il-persuni b’diżabilta` li jattendu ċ-ċentri ta’ matul il-jum.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »