IL-PRESIDENT TAL-KAZAKHSTAN IŻUR LILL-PAPA
09/11/2009Il-Papa Benedittu XVI u l-President tal-Kazakhstan qablu li dan hu pajjiż li jgawdi koeżistenza paċifika minn għadd ta’ fidili minn reliġjonijiet differenti. Dan ħareġ fi żjara li Nursultan Nazarbayev għamel lill-Papa fil-Vatikan, fejn huwa ltaqa’ wkoll mas-Segretarju tal-Istat, il-Kardinal Tarcisio Bertone u mas-Segretarju tal-Vatikan għar-Relazzjonijiet bejn il-pajjiżi differenti, l-Arċisqof Dominique Mamberti.
Komunikat maħruġ mill-Vatikan irrapporta li “l-attenzjoni daret fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw l-kriżi ekonomika, fid-dawl tal-enċiklika Caritas in Veritate, għal kwistjonijiet ta’ djalogu inter-reliġjuż u l-promozzjoni tal-paċi, u dan kollu lejliet il-Presidenza tal-Kazakhstan tal-organizzazzjoni għas-sigurta u l-koperazzjoni fl-Ewropa”… Kompli aqra »