EPHPHATHA! IL-PERSUNI NIEQSA MIS-SMIGĦ FIL-ĦAJJA TAL-KNISJA
25/11/2009Delegazzjoni Maltija li kienet tinkludi fost oħrajn żewġ persuni nieqsa mis-smigħ, żewġ lecturers mill-Università ta’ Malta, interpreta tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija kif ukoll tlett saċerdoti attendew għall-XXIV Konferenza Internazzjonali organizatta mill-Kunsill Pontifiċju għall-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa. Din il-Konferenza, li nżammet fis-sala l-ġdida tas-Sinodi fil-Vatikan bejn id-19 u l-21 ta’ Novembru 2009 ittrattat it-tema: ‘Ephphatha! Il-Persuni Nieqsa mis-Smigħ fil-Ħajja tal-Knisja’.
L-għan ta’ din il-konferenza kien li jagħti opportunità lill-Knisja biex tenfasizza l-kontribut li jagħtu l-persuni nieqsa mis-smigħ f’diversi oqsam ta’ l-appostolat kif ukoll biex tirrikonoxxi l-importanza tal-ħidma taghom… Kompli aqra »