Arkivji mensili: Frar 2010

IL-PAPA JĦARES ‘IL QUDDIEM LEJN IŻ-ŻJARA FIR-RENJU UNIT

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu 16 qiegħed iħares ‘il quddiem b’ottimiżmu għaż-żjara li se jagħmel fir-Renju Unit. Huwa afferma dan f’udjenza li kellu mal-Isqfijiet tal-Ingilterra u Wales li bħalissa jinsabu Ruma għaż-żjara ta’ kull ħames snin. “Anki f’dan iż-żmien ta’ sekulariżmu, huma ħafna s-sinjali ta’ fidi u devoozzjoni mgħixa mill-kattoliċi fl-Ingilterra u Wales”.

Il-Papa semma partikolarment “l-entużjażmu ġenerat mill-preżenza tar-relikwiji ta’ Santa Tereża, l-interess li qam quddiem il-prospetti għall-beatifikazzjoni tal-Kardinal Henry Newman, u l-ansjeta taż-żgħażagħ sabiex jieħdu sehem fil-pelligrinaġġi u l-Jiem Dinjija taż-Żgħażagħ… Kompli aqra »

Konkors Kanzunetta Uffiċjali Jum iż-Żgħażagħ 2010

Xejn inqas minn seba’ Christian Bands lokali se jieħdu sehem fil-ħames edizzjoni li jmiss tal-Konkors Kanzunetta Uffiċjali Jum Iż-Żgħażagħ, li ser jittella’ nhar is-Sibt 27 ta’ Frar, 2010 fit-Teatru Sależjan, tas-Sliema.  Id-dħul għal dan il-Konkors hu mingħajr ħlas, u min se jattendi żgur li se joħrog sodisfatt mill-kwalita’ ta’ mużika Live li dawn il-bands żgħażagħ se joffrulna.  Is-seba’ kanzunetti li gew imhejjija apposta mill-bands ghall-dan il-Konkors huma xhieda tal-fidi ħajja u l-entuzjazmu taż-żgħażagħ li juzaw it-talenti taghhom tal-muzika biex iwasslu messagg pozittiv.  … Kompli aqra »

IL-VATIKAN: IL-LEBBRA XORTA TEĦTIEĠ L-ATTENZJONI

Leprosy

Il-lebbra għadha mhix xi ħaġa tal-passat. Dan iddikjarah il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-kura tas-Saħħa waqt li appella lil kulħadd sabiex jiftakar f’dawn in-nies u juri solidarjeta magħhom f’din il-marda antika. L-Arċisqof Zygmunt Zimowski għamel dan l-appell fil-Jum iddedikat lil dawn il-morda bil-ġdiem.

L-istqarrija tal-Arċisqof , f’ismu u f’isem Presidenti ta’ Konferenzi Episkopali u Isqfijiet differenti li jaħdmu fid-dekasteru, innutat li l-lebbra “fir-realta qed tkompli tinxtered u tinfetta mijiet ta’ eluf ta’ persuni madwar id-dinja kull sena… Kompli aqra »

‘F’MALTA JIŻDIEDU T-TALLABA LI QED IFITTXU T-TIFSIRA VERA’

L-Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Mario Grech stqarr li f’pajjiżna qed jiżdiedu t-tallaba – mhux tallaba tal-flus, imma dawk li qegħdin ifittxu t-tifsira vera ta ħafna ħwejjeġ essenzjali li qatt ma jistgħu jkunu negozjabbli. Numru mdaqqas ta dawn it-tallaba huma z-zgħazagħ.

Fl-okkazzjoni tal-festa ta San Gwan Bosco ċelebrata fl-Oratorju Don Bosco, Victoria, l-isqof Grech li meta l-abort jibda jitla fuq l-aġenda tas-soċjeta bħala xi ħaġa ġustifikatabli, allura bir-ragun wiehed jista jitħawwad dwar x’valur ghandha l-ħajja tal-bniedem… Kompli aqra »

Korsijiet Ġodda fuq il-Bibbja

L-Għaqda Biblika Maltija qed torganizza 7 korsijiet ġodda fuq il-Bibbja bejn Frar u April 2010.  L-għan ta’ dawn il-korsijiet huwa li min jattendi għalihom ikun jista’ jaqra u jifhem il-Bibbja u l-messaġġ tagħha aħjar u b’mod tajjeb.

It-temi tal-korsijiet huma varjati ħafna biex jilħqu l-interess ta’ kulħadd.  Il-lecturers huma persuni esperti fis-suġġetti li se jgħallmu.

Il-korsijiet isiru filgħaxija bejn is-6.00 u s-7.30 p.m… Kompli aqra »

1 – 7 ta’ Frar

It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jżur iċ-Ċentru tad-Duttrina fil-Parroċċa ta’ Santa Luċija, bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika ta’ Santa Luċija.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kunsill Ekonomiku Parrokkjali, u Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu ta’ l-istess parroċċa.

It-Tlieta

8.30 a.m… Kompli aqra »