Arkivji mensili: April 2010

L-Evanġelu tal-Jum – 27 ta’ April

Ġwanni 10, 22-30

Mbagħad f’Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun. Il- Lhud daru miegħu u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond.” Weġibhom Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux. L-għemejjel li nagħmel jien f’isem Missieri jixhdu għalija. Iżda intom ma temmnux għax m’intomx min-nagħaġ tiegħi… Kompli aqra »

IL-VATIKAN DWAR MEMO MINN ĦADDIEM FIĊ-ĊIVIL: “EBDA IMPATT FUQ IŻ-ŻJARA TAL-PAPA FIR-RENJU UNIT”

Pope Benedict XVI in the UK

Il-Vatikan iddikjara qal li memo li qalet li ż-żjara tal-Papa Benedittu XVI fir-Renju Unit tista’ tkun immarkata b’kondoms maħruġa fis-suq għall-okkażjoni, mhu se jkollha l-ebda impatt fuq iż-żjara tal-Papa. Dan waqt li l-uffiċċju tal-Ministeru Ingliż għall-Affarijiet Barranin talab apoloġija għal dak li ħareġ f’komunikazzjoni ta’ impjegat fiċ-ċivil li ssuġġerixxa li l-Papa, waqt iż-żjara tiegħu fir-Renju Unit, jista’ jmexxi żwieġ omosesswali jew jiftaħ klinika fejn isir l-abort… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IL-MARATONA ‘PUTTINU CARES’

Nhar il-Ħadd, 25 ta’ April, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar il-maratona għall-ġbir ta’ fondi b’risq Puttinu Cares ġewwa il-Marsa sports grounds. Is-somma ta’ €387,525 inġabret matul din il-maratona li kienet mżewqa b’diversi attivitajiet sportivi. L-ammont miġbur ser jintuża għall-residenzi f’Londra li jospitaw il-familji ta’ pazjenti ta’ eta żgħira morda bil-kanċer.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 26 ta’ April

Ġwanni 10,10:1

“Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ. Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra. U meta joħroġ in-nagħaġ tiegħu, huwa jmur quddiemhom u n-nagħaġ jimxu warajh, għax jisimgħu leħnu… Kompli aqra »

ĊIPRU ANZJUŻA BIEX TILQA’ LILL-PAPA

Pope in Cyprus

Uffiċjali fl-Ambaxxata ta’ Ċipru għas-Santa Sede qed jaffermaw l-importanza storika taż-żjara tal-Papa Benedittu XVI fil-gżira, skedata bejn l-4 u s-6 ta’ Ġunju 2010.

Il-President Demetris Christofias, flimkien mal-Knisja lokali, stiednu lill-Papa sabiex iżur il-gżira, li se tkun is-16-il vjaġġ internazzjonali. Matul dawn it-tliet ijiem f’Ċipru huwa se jiltaqa’ mal-mexxejja tal-Gvern u tal-Knisja u se jagħmel pellegrinaġġ lejn it-tifkira ta’ San Pawl f’Paphos… Kompli aqra »

April 26 – 2 ta’ Mejju

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Rapprezentattiv Djoċesan, fil-Kurja.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-volontiera li ħadu sehem fl-organizzazjoni taż-Żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta, fil-Kurja.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur il-ħaddiema ta’ Media.Link, Pieta’ u wara lill-ħaddiema fil-Palazz tal-President, Valletta fejn jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 25 ta’ April

Ġwanni 10, 27-30

In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja. U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd. Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd, u ħadd ma jista’ jaħtafhom minn id il-Missier. Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda.” Kompli aqra »

SINJAL U RESPONSABILTA’ GĦALL-KNISJA F’MALTA

Iż-żjara tal-Papa għandha sservi ta’ “sinjal” għall-Knisja f’Malta biex ma taqtax qalbha quddiem “ċirkostanzi ibsin” u tħeġġeġ evanġelizzazzjoni ġdida mibnija madwar “il-kelma, l-ferħ u l-entużjażmu… li rajna” u nidderiġuh għall-qadi tal-Mulej fl-evanġelizzazzjoni”.

Hekk qal lil IL-ĠENSILLUM online l-Arċisqof Pawlu Cremona OP mistoqsi minn din il-gazzetta dwar iż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Mons Cremona ddeskriva ż-żjara tal-Papa bħala suċċess li l-protagonisti tiegħu kienu dawk in-nies li bi ħġarhom fittxew biex jiltaqgħu mal-Papa Benedittu XVI… Kompli aqra »

FOLOL KBAR JILQGĦU L-KWADRU TAL-MADONNA TA’ PINU FI TRIQTU LEJN IS-SANTWARJU TA’ PINU

Il-Kwadru tal-Madonna ta’ Pinu li kien Malta bħala parti mill-programm taċ-Ċelebrazzjonijiet f’Għeluq iż-Żjara tal-Papa Benedittu Sittax f’Malta u fl-okkażjoni tal-Preżentazzjoni tal-Warda tad-Deheb li l-Papa offra lill-Madonna ta’ Pinu, ilbieraħ ittieħed lejn is-Santwarju ta’ Pinu waqt pellegrinaġġ nazzjonali mmexxi mill-Arċisqof Pawlu Cremona u minn Nunzju Apostoliku Tommaso Capputo.

Matul il-ġurnata tal-bieraħ kien espost għall-qima tal-pubbliku fil-Knisja Parrokkjali Santa Marija tal-Mosta wara li fit-tlett ijiem ta’ qabel kien fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta… Kompli aqra »