Arkivji mensili: April 2010

L-ARĊISQOF ILTAQA’ MAL-PATRIJARKA TA’ ANTIOCHIA, ALESSANDRIA U ĠERUSALEMM

Is-Sibt, 17 ta’ April, 2010, l-Arcisqof Pawlu Cremona OP iltaqa’ ma’ l-E.T. Gregorju III, Patrijarka ta’ Antiochia, Alessandria u Ġerusalemm, fil-Kurja.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek… Kompli aqra »

IL-PAPA JISTA’ JILTAQA’ MAL-VITTMI TAL-ABBUŻI SESSWALI F’MALTA

Pope in Malta

Il-Papa Benedittu XVI jista’ jiltaqa’ ma’ grupp ta’ vittmi ta’ abbużi sesswali f’Malta matul iż-żjara appostolika tiegħu  bejn is-Sibt u l-Ħadd.

Dan iddikjarah id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, Patri Federico Lombardi, meta f’konferenza tal-aħbarijiet ta d-dettalji ta’ din iż-żjara. Żewġ laqgħat simili saru fl-Istati Unit ital-Amerika f’April 2008 u fl-Awstralja f’Lulju tal-istess sena. Patri Lombardi qal li ma setax jagħmel stqarrijiet pero fl-istess ħin ikkjarifika li ma jista’ jeskludi l-ebda possibilta… Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR IL-LIŻAR TA’ TURIN

Turin shroud

Il-Papa Benedittu XVI esprima t-tama tiegħu li l-qima tal-liżar ta’ Turin timla bl-entużjażmu lil kull individwu biex ifittex wiċċ Kristu. Huwa qal dan fl-aħħar laqgħa pubblika tiegħu f’CastelGandolfo, fejn jinsab għal ftit jiem wara l-iskeda impenjattiva li kellu fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa.

Il-Liżar ta’ Turin, li dwaru hemm twemmin li hu l-liżar li ntuża għad-difna ta’ Ġesu Kristu, jinsab għall-wiri għall-ewwel darba sa minn 10 snin ilu… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF LEST JILTAQA’ MAL-ALLEGATI VITTMI TA’ ABBUŻ SESSWALI

Monsinjur Arcisqof Pawlu Cremona kien infurmat li is-Sur Lawrence Grech u sħabu, allegati vittmi ta’ abbuż sesswali jixtiequ jiltaqgħu miegħu. Monsinjur Arċisqof aċċetta bil-qalb li jilqagħhom u dan bla ebda preġudizzju għall-proċessi li għadhom għaddejjin kemm fil-Qrati Ċivili kif ukoll fir-Response Team tal-Knisja. Kompli aqra »

KJARIFIKA DWAR ALLEGAZZJONI TA’ ABBUŻI SESSWALI MINN SAĊERDOTI

Il-Kurja tixtieq tiċċara xi fatti b’referenza għall-istqarrija maħruġa minnha u irrappurtata mill-media dwar in-numru ta’ allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali fuq minuri, u  li saru kontra saċerdoti quddiem ir-Response Team, jiġifieri l-grupp mqabbad mill-Awtoritajiet tal-Knisja biex jinvestiga dawn l-allegazjonijiet.

Il-45 każ imsemmija, kif intqal fl-istqarrija oriġinali, huwa n-numru ta’ allegazzjonijiet li tressqu quddiem ir-Response Team, li huwa immexxi minn Imħallef… Kompli aqra »

TLUGĦ BIL-POLZA GĦAD-DĦUL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA

3305 applikazzjoni għal 1,056 post

It-tlugħ bil-polza għad-dħul fil-Klassijiet Kindergarten One ta’ l-Iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika li jmiss se jsir illum, it-Tnejn, 12 ta’ April 2010, fil-Kurja ta’ l-Arċisqof, Floriana, fit-3.00pm. It-tlugħ bil-polza għall-Klassijiet Kindergarten Two se jsir għada, it-Tlieta, waqt li dak għal Year One isir nhar l-Erbgħa, fl-istess post u ħin.

It-total ta’ tfal li applikaw biex jidħlu fl-Iskejjel tal-Knisja f’Settembru li ġej huwa ta’ 3,205… Kompli aqra »