IS-SALIB SINJAL TA’ TAMA – MESSAĠĠ MILL-KONFERENZA EPISKOPALI
19/06/2010Fiż-Żjara Appostolika li għamel dan l-aħħar f’Ċipru, il-Papa Benedittu XVI tkellem dwar l-importanza li għandu s-Salib għad-dinja: “Is-Salib mhuwiex sempliċement simbolu privat ta’ devozzjoni, mhuwiex sempliċement sinjal ta’ sħubija ma’ grupp partikolari fis-soċjeta, u fil-profondità tat-tifsir tiegħu m’għandu xejn x’jaqsam mal-impożizzjoni bil-forza ta’ xi twemmin jew filosofija. Is-Salib jitkellem fuq it-tama, l-imħabba, ir-rebħa tan-non-vjolenza fuq l-oppressjoni, jitkellem fuq Alla li jerfa’ lil min hu fil-baxx, li jqawwi lil min hu dgħajjef, li jirbaħ fejn hemm il-firda u li jissupera l-mibgħeda bl-imħabba”… Kompli aqra »