Ghal sena ohra l-programm QalbinNies li jkun tant mistenni u segwit mit-telespettaturi Maltin u Ghawdxin ta’ kull eta’, ser jerga jkun ghal darba ohra maghna. QalbinNies hi produzzjoni li propju tesplora x’hemm fil-Qalb tan-Nies.

Din is-sena l-programm QalbinNies ser jinkorpora fih sit-com,  liema sitcom iddur ma’ hames karattri differenti…dak li jghaqqad lil dawn il-personaggi hu l-post tax-xoghol taghhom. Fil-programm ser naraw l-esperjenzi taghhom u l-problemi li jghaddu minnhom ta’ kuljum sew bejniethom fuq il-post tax-xoghol u sew fil-hajja privata taghhom, anke’ jekk dan isehh b’mod umoristiku. Id-diffikultajiet li jghaddu minnhom jiriflettu realtajiet simili ta’ nies li qed jghaddu minnhom fil-hajja tal-llum. Din is-sena, l-programm ha jkollu prezentratici u flimkien mal-mistiedna taghha tghaqqad, tiddiskuti, anke’ forsi b’mod kontroversjali t-temi u d-dilemmi kurrenti.

Kull programm jitratta suggett differenti bbazat fuq stejjer u esperjenzi reali bi l-ghan li jippromovi valuri umani. Ma jonqsux ukoll il-kelliema esperti minn oqsma diversi li jaghtu pariri siewja fuq sitwazzjonijiet delikati. Naraw ukoll xi features, ricerka ricenti li tkun saret, vox pops li jiehdu l-opinjonijiet tan-nies u li jaghtu sehem lit-telespettaturi. Uhud mit-temi li ser nitkellmu fuqhom jitrattaw, l-anzjanita’, it-tfulija, iz-zghozija, l-familja; persuni b’abiltajiet differenti; spiritwalita’; d-divorzju; l-ghira…u hafna ohrajn.

QalbinNies, kull nhar ta’ Sibt, mit-2 ta’ Ottubru, fl-08.45pm fuq TVM