Arkivji mensili: October 2010

1 – 7 ta’ Novembru

It-Tnejn

8.30 a.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Qaddisin Kollha, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

It-Tlieta

8.30 a.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Erwieħ Kollha, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-Żgħażagħ Azzjoni Kattoliku (ŻAK), fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 31 ta’ Ottubru u Kelma għall-Ħajja

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.

Luqa 19,1-10

Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir… Kompli aqra »

IL-VILLAĠĠ MISSJUNARJU F’TA’ QALI

“Bħal San Pawl, il-missjunarju jitlaq kollox u jmur f’artijiet imbiegħda jwettaq il-missjoni fdata lilu”.

Hekk qal l-Arċisqof Pawlu Cremona OP nhar il-Ħadd li għadda waqt quddiesa fl-okkażjoni tal-Ġurnata Missjunarja li saret fit-Teatru Grieg f’Ta’ Qali.

Il-quddiesa fetħet il-Villaġġ Missjunarju li din is-sena ttella’ fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali u li kien imtella’ mill-Uffiċċju Missjunarju.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-EDITORJAL FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Ottubru

Luke 14,7-11

Billi ra b’għajnejh kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem fil-mejda, qalilhom din il-parabbola: “Meta wieħed jistiednek għal xi festa ta’ tieġ, tmurx toqgħod fil-post ta’ quddiem, li ma jkunx hemm xi mistieden aqwa minnek, u dak li jkun stieden lilek u lilu jiġi fuqek jgħidlek, ‘Agħti l-post lil dan’, u int imbagħad, b’regħxa ta’ mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post ta’ l-aħħar… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILQA’ L-OGĦLA UFFIĊJALI TAL-UĦM

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Ottubru, 2010, l-ogħla uffiċjali tal-Union Ħaddiema Maqgħudin, immexxija mill-President, is-Sur Gejtu Vella, u s-Segretarju Ġenerali, is-Sur Gejtu Tanti ppreżentaw lill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P, id-dokument tal-istess Union ‘Vizjoni Soċjali 2015’. Matul din il-prezentazzjoni l-Arċisqof Pawlu Cremona tkellem dwar il-valuri li jmexxu lill-Knisja u l-ġid li joħroġ ghas-soċjeta kollha jekk kemm-il darba l-vizjoni li jkollna tkun mibnija fuq dawn il-valuri… Kompli aqra »

IŻ-ŻJARA PASTORALI TAL-MOSTA TKOMPLI FIL-BIDNIJA

Nhar it-Tlieta, 26 ta’ Ottubru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar il-komunita’ tas-sorijiet Franġiskani fil-Mosta, bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-parroċċa. Dakinhar stess, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-Kappella tal-Bidnija u wara ltaqa’ mar-residenti ta’ din iż-żona. Filgħaxija huwa ltaqa’ mal-komunita’ tal-Patrijiet Ġiżwiti li joqogħdu f’Mount Saint Joseph, Tarġa Gap, limiti tal-Mosta.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 29 ta’ Ottubru

Luqa 14,1-6

Darba, kien is-Sibt, daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. U resaq quddiemu wieħed marid bl-ilma. Ġesù qabad jistaqsi lill-għorrief tal-Liġi u lill-Fariżej; qalilhom: “Jiswa jew le li wieħed ifejjaq f’jum is-Sibt?” Huma ma tkellmu xejn iżda hu qabad lir-raġel, fejjqu u bagħtu. Mbagħad qalilhom: “Min minnkom se jaqagħlu ibnu jew barri f’ġiebja u għax ikun is-Sibt ma jmurx malajr itellgħu minn hemm?” U ma kellhomx il-ħila jwiġbuh għal dan… Kompli aqra »

2,000 BELT JINGĦAQDU FIT-TALB GĦALL-PAĊI FL-ART IMQADDSA

Holy Land

Dawk kollha li jemmnu huma misteidna minn madwar id-dinja kollha sabiex jingħaqdu mal-2,000 belt li diġa qed jitħejjew biex jipparteċipaw f’ġurnata ta’ talb għall-paċi fl-Art Imqaddsa. It-tielet Jum Internazzjonali ta’ Interċessjoni għall-Paċi fl-Art Imqaddsa, inizjattiva organizzata minn għadd ta’ assoċjazzjonijiet ta’ żgħażagħ kattoliċi, se jsir bejn id-29 u t-30 ta’ Jannar.

Is-sena li għaddiet, mal-1,103 ibliet minn madwar id-dinja, ingħaqdu mal-Papa Benedittu XVI, mal-Kustodja tal-Art Imqaddsa, Fr Pierbattista Pizzaballa, u mal-Arċisqof Fouad Twal, li huwa l-Patrijarka Latin ta’ Ġerusalemm… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Ottubru

Luke 6,12-16

Mela darba fost l-oħrajn ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla.  Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.

Kompli aqra »

L-Esperjenza ta’ Volontarjat f’Napli ta’ Brian

Kienet esperjenza verament sabiħa. Ma kontx qed nistenna li ha nieħu gost jew ninżel lura imdejjaq. Dawk il-ġimagħtejn li qattajt hemm, kienu verament sbieħ u nżilt lura b’xi ħaġa ferm aktar importanti minn xi ħaġa materjali – inżilt lura b’sens ta apprezzament u ħeġġa biex ngħin lin-nies aktar. Illum nista’ ngħid li jien kburi li għamilt dan ix-xogħol ta’ volontarjat u bla ebda dubbju nerġa nirepetija din l-esperjenza… Kompli aqra »