Arkivji mensili: October 2010

JUM IL-BIBBJA 2010

Nhar il-Ħadd, 31 ta’ Ottubru 2010 jiġi ċċelebrat JUM IL-BIBBJA fl-Arċidjoċesi ta’ Malta u fid-Djoċesi ta’ Għawdex.  It-tema magħżula għal din is-sena huma l-kliem ta’ barka meħudin mill-Bibbja mill-Ktieb tan-Numri, Kapitlu 6:

Ibierkek il-Mulej u jħarsek!

Jixħet il-Mulej id-dija ta’ wiċċu fuqek,

u jurik il-ħniena!

Iħares lejk il-Mulej bi mħabba,

u jagħtik is-sliem! … Kompli aqra »

JITQASSMU 165,000 DJARJU TAD-DAR TAL-PROVIDENZA

Matul il-jiem li għaddiew bdew jitqassmu fid-djar Maltin iktar minn 165,000 djarju tad-Dar tal-Providenza għas-sena 2011.

F’kummenti li ta lil IL-ĠENSillum online, Victor Formosa, kelliemi għal din id-dar, fisser li fl-aħħar ġimagħtejn għadd kbir ta’ voluntiera minn kull qasam tal-ħajja taw daqqa t’id fl-ippakkjar ta’ dawn id-djarji f’envelopes apposta fid-Dar tal-Providenza jew fi djarhom.

Bħal fis-snin l-imgħoddijja, id-djarju fih messaġġ minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, kif ukoll il-ħinijiet tal-quddies kollu tal-Ħdud u ta’ matul il-ġimgħa fil-knejjes kollha ta’ Malta u Għawdex… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ Ottubru

Luqa 13, 22-30

Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb  id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu, ‘Mulej, iftħilna.’ Iżda hu jweġibkom u jgħid, ‘Ma nafx mnejn intom.’ Mbagħad taqbdu tgħidulu, ‘Kilna u xrobna miegħek aħna, u int għallimt fil-pjazez tagħna.’ Hu jwieġeb u jgħidilkom, ‘Ma nafx mnejn intom; morru minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li m’hux sewwa!’ Hemmhekk ikun hemm il-biki u tgħażżiż tas-snien, meta taraw lil Abraham u lil Iżakk u lil Ġakobb u l-profeti kollha fis-Saltna ta’ Alla, u intom imkeċċija ‘l barra… Kompli aqra »

KATTOLIĊI U ORTODOSSI LEJN IRWOL AKTAR ATTIV MILL-KNISJA FID-DIBATTITI TA’ NATURA ETIKA

Orthodox and Catholics

Rappreżentanti Kattoliċi u Ortodossi Ewropej faħħru t-tkabbir ta’ kuxjenza għad-drittijiet reliġjużi fil-kontinent u appelaw lill-Gvernijiet sabiex iħallu lill-Knejjes jassumu rwol iktar attiv fid-dibattiti ta’ natura etika.  Fi stqarrija konġunta mill-gżira Griega ta’ Rodi, ir-rappreżentanti qalu li l-Isqfijiet u t-teoloġi fit-tieni forum Kattoliku-Ortodoss laqgħu l-protezzjoni legali mogħtijalid-drittijiet reliġjużi mill-Kostituzzjonijiet Demokratiċi Ewropej, kif ukoll minn strumenti internazzjonali bħaċ-Charter tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Kompla jingħad li “is-sistema legali li fuqha mibnija l-pajjiżi u r-relazzjonijietma tistax tiddependi fuq l-opinjonijiet jinbidlu tan-nies, lanqas fuq azzjonijiet minn gruppi li jitfgħu xi forma ta’ pressjoni… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MA’ PARRUĊĊANI MINN TA’ MLIT

Nhar is-Sibt, 23 ta’ Ottubru, 2010, L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar il-komunita’ tas-sorijiet tal-Bon Pastur fil-Mosta. Wara iċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ Mlit u iltaqa’ man-nies kif ukoll mal-gruppi attivi fiż-żona fiċ-ċentru Pastorali.

Għall-programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-Mosta AGĦFAS HAWN.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA PRIMARJA TAL-MOSTA ‘A’

Nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Ottubru 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar l-iskola Primary A tal-Mosta. Matul in-nofs ta’ nhar li l-Arċisqof qatta’ fl-iskola, ħa l-opportunita’ mhux biss li jiltaqa’ mal-membri amministrattivi, iżda wkoll f’laqgħa organizzata apposta mal-ġenituri, tahom xi pariri u sema’ dak li kellhom xi jgħidu.

Wara Mons. Arċisqof żar il-klassijiet kollha tat-Tielet u tat-Tieni Sena filwaqt li dawk tal-Ewwel Sena u tal-Kindergarten kienu miġbura flimkien… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Ottubru

Luke 13, 18-21

Mela qal: “Lil xiex tixbah is-Saltna ta’ Alla, u ma’ xiex se nxebbhuha?  Tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel qabad u żeragħha fil-ġnien tiegħu, u mbagħad kibret u saret siġra, u l-għasafar ta’ l-ajru marru jbejjtu fil-friegħi tagħha.”

U reġa’ qalilhom: “Ma’ xiex se nxebbahha s-Saltna ta’ Alla? Tixbah lil ftit ħmira li waħda mara qabdet u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sakemm għoliet l-għaġna kollha.”

Kompli aqra »

TKOMPLI Ż-ŻJARA TAL-ARĊISQOF FIL-MOSTA

Nhar it-Tlieta 19 u l-Erbgħa, 20 ta’ Ottubru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona żar il-komunita’ tas-sorijiet Agostinjani fil-Mosta kif ukoll iltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika u wara ltaqa’  mal-Kummissjoni Familja tal-Mosta. L-għada, il-Ħamis, 21 ta’ Ottubru, l-Arċisqof żar iċ-ċentru tal-Katekeżi f’Santa Margerita kif ukoll il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, b’din il-laqgħa tiġi msegwija minn laqgħa mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu, Kunsill Ekonomiu Parrokjali.

Għall-programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-Mosta AGĦFAS HAWN… Kompli aqra »

IL-PAPA JĦABBAR SINODU FL-2012 DWAR L-EVANĠELIZZAZZJONI L-ĠDIDA

Pope during his last Audience

Waqt il-quddiesa tal-għeluq tal-Assemblea Speċjali għal-Lvant Nofsani tas-Sinodu tal-Isqfijiet, kif ukoll fil-messaġġ tiegħu qabel it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan,  il-Papa Benedittu XVI ħabbar li l-Assemblea Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet li jmiss fl-2012 se tiffoka fuq it-tema ‘L-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida għat-trasmissjoni tal-Fidi Nisranija’.

Filwaqt li nnota l-għeluq tas-Sinodu tal-Lvant Nofsani, li ffoka fuq it-tema ‘Komunjoni u Xiehda’, il-Papa fakkar ukoll il-Ġurnata Missjunarja bit-tema ‘Il-bini tal-komunjoni ekkleżjali bħala pediment għall-Missjoni’… Kompli aqra »