Arkivji mensili: Ottubru 2010

Il-Vanġelu tal-Jum – 13 ta’ Ottubru

Luke 11,42-46

Ħażin għalikom intom il-Fariżej! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-fejġel u fuq kull xorta ta’ ħxejjex, u mbagħad għal dik li hi ġustizzja u mħabba ta’ Alla tħallu kollox għaddej. Dawn kien imisskom tħarsu, mingħajr ma tħallu l-oħrajn barra. Ħażin għalikom intom il-Fariżej! Intom tħobbu s-siġġijiet ta’ quddiem fis-sinagogi u min isellmilkom fil-pjazez. Ħażin għalikom! Qiskom l-oqbra, li ma tagħrafhomx, u n-nies tgħaddi minn fuqhom bla ma tintebaħ bihom.” Qabeż wieħed mill-għorrief tal-Liġi u qallu: “Mgħallem, b’dan li qiegħed tgħid qiegħed tgħajjar lilna wkoll?” Qallu Ġesù: “Ħażin għalikom ukoll intom l-għorrief tal-Liġi! … Kompli aqra »

IL-PAPA INIEDI KUNSILL PONTIFIĊJU GĦALL-EVANĠELIZZAZZJONI ĠDIDA

Arcbishop Rino Fisichella

Il-Papa Benedittu XVI nieda l-Kunsill Pontifiċju għall-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida. Il-President tal-Kunsill ġdid, l-Arċisqof Rino Fisichella, spjega l-kontenut tal-Ittra Appostolika mill-Papa fit-tnedija ta’ dan id-dekasteru. Fost oħrajn l-importanza li jkun hawn iktar qawmien fil-Kristjaneżmu madwar id-dinja u t-tisħiħ tal-għeruq insara, biex il-messaġġ tal-Vanġelu jasal f’kull tarf tad-dinja b’ilsna differenti, anki jekk id-digriet fit-twelid ta’ dan il-Kunsill Pontifiċju sar bil-Latin u bit-Taljan. L-Arċisqof qal li hu ma kienx involut f’dan u bi ħsiebu jwessa’ l-messaġġ, issa li qiegħed fil-kariga… Kompli aqra »

ORDINAZZJONI TA’ SEBA’ DJAKNI

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. nhar il-Ħadd, 17 ta’ Ottubru 2010, fis-6.00 p.m. se jmexxi Konċelebrazzjoni fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina, li matulha se jordna bħala djakni lil Fra Carmelo Aquilina OFM Cap; Stephen Attard mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta; Fra Joseph Ciappara OFM; René Antoine Cilia mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi; Nicholas Dimech mill-Parroċċa ta’ San Nikola, is-Siġġiewi; Stephen Magro mill-Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar; u lil David Torpiano mill-Parroċċa ta’ San Publiju, Floriana… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 12 ta’ Ottubru

Luke 11,37-41

Huwa u jitkellem, wieħed Fariżew stiednu għandu għall-ikel. Daħal għandu u qagħad bilqiegħda. Imma l-Fariżew stagħġeb meta ra li qabel xejn ma nħasilx skond ir-riti ta’ qabel l-ikel. U l-Mulej qallu: “U issa intom il-Fariżej! Intom tnaddfu t-tazza u l-platt minn barra, iżda minn ġewwa intom mimlija bis-serq u l-ħażen. Kemm intom bla moħħ! Min għamel in-naħa ta’ barra, ma għamilx ukoll in-naħa ta’ ġewwa? … Kompli aqra »

ĦATRIET ĠODDA FIL-VATIKAN

Vatican

Il-Papa Benedittu XVI ħatar lill-Arċisqof Mauro Piacenza, ta’ 66 sena, Segretarju tal-Kongregazzjoni tal-Kleru, bħala Prefett tal-istess Kongregazzjoni. Komunikat tal-Vatikan irraporta li l-Papa ħatar ukoll lill-Arċisqof Robert Sarah, ta’ 65 sena, Segretarju tal-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli, bħala President tal-Kunsill pontifiċju Cor Unum.

L-Arċisqof Piacenza ħa post il-Kardinal Claudio Hummes, ta’ 76 sena, li rtira għal raġunijiet ta’ eta.  Mal-aħbar tan-nomina tiegħu, l-Arċisqof Piacenza qal lil Zenit li se “naħdem qatigħ għall-ikbar ġid tal-kleru u tal-Knisja, mingħajr ma npoġġi xejn qabel l-imħabba ta’ Kristu”… Kompli aqra »

Il-Lejla tal-Voluntiera: Ritorn 2010

Il-Ġimgħa, 8 t’Ottubru, 2010 saret il-Lejla tal-Voluntiera fejn żgħażagħ li qattgħu s-sajf fil-missjoni ġew flimkien biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom. Waqt l-attività, li saret fil-kappella tal-Università, saru preżentazzjonijiet minn żgħażagħ li ħadmu mal-fqar fil-Kenya, żgħażagħ li organiżżaw btala avventuruża f’Wales għal persuni b’diżabilita u żgħażagħ li tellgħu summer camp għat-tfal mal-komunità ta’ Madre Teresa f’Bormla. Kien hemm ukoll testimonjanzi minn persuni li bbenefikaw minn proġetti ta’ voluntiera Maltin… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 11 ta’ Ottubru

Luke 11, 29-32

Meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel. F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf ta’ l-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

DISCERN LECTURE: IL CONCILIO VATICANO II – IERI, OGGI E DOMANI

On Tuesday 12th, October, 2010, at 7:00 p.m., the Institute for Research on the Signs of the Times (DISCERN) is organizing its annual lecture on ‘The Second Vatican Council – Yesterday, Today and Tomorrow’. The guest speaker will be H.L. Mgr. Luigi Bettazzi, Bishop Emeritus of Ivrea. The lecture will be held at the Phoenicia Hotel, Floriana.

Mgr Luigi Bettazzi was born in Treviso, Italy in 1923… Kompli aqra »

IL-LAQGĦA TA’ RIMINI SE SSIR FL-EĠITTU

 

Ambrogio Pisoni

Il-laqgħa tal-ħbiberiji fost il-popli, li normalment issir ta’ kull sena f’Rimini fl-Italja, se tkun organizzata bl-istess mod fl-Eġittu. L-attivita, sponsorjata mill-Moviment Kattoliku Komunjoni u Liberazzjoni, se jkollha l-edizzjoni fl-Eġittu mifruxa fuq jumejn bejn it-28 u d-29 ta’ Ottubru b’iffukar fuq it-tema “Beauty: Space of Dialogue”.

Fi stqarrija lill-aġenzija tal-aħbarijiet reliġjużi Zenit, id-Direttur Reġjonali tal-Komunjoni u l-Liberazzjoni, Ambrogio Pisoni, li hu wkoll assistant pastoral ital-Univerista Kattolika ta’ Milan, spjega kif nibtet din l-inizjattiva… Kompli aqra »