Arkivji mensili: Ottubru 2010

IL-KONFERENZA NTERNAZZJONALI TAL-‘MOTHER’S PRAYERS’

Nhar il-Ħamis, 14 ta’ Ottubru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. attenda għall-konferenza nternazzjonali tal-‘Mother’s Prayers’ fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, Naxxar.

Madwar 70 mara minn pajjiżi differenti attendew għal din il-konferenza. Il-fundatriċi tal-grupp ‘Mother’s Prayers’, Veronica Williams, kienet ukoll preżenti.

Waqt li tkellem dwar l-irwol tal-omm u l-isfidi li l-mara tiffaċċja fit-trobbija tal-ulied, l-Arċisqof Pawlu Cremona qal li bl’għajnuna tal-Madonna, Omm Ġesu’, l-ostakli kollha jistgħu jiġu megħluba… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-QWIEBEL

Fis-sensila ta’ laqgħat li Monsinjur Arċisqof qed ikollu ma’ kategoriji differenti ta’ lajċi, nhar l-Erbgħa 13 ta’ Ottubru huwa kellu laqgħa mal-qwiebel. Bħal-laqgħat oħra preċedenti din kienet organizzata mis-Segretarjat għal-Lajċi u saret fil-Faculty of Health Sciences tal-Isptar Mater Dei.

Matul il-laqgħa, li għaliha attendew madwar 70 persuna, numru ta’ qwiebel ikkumentaw kemm dwar il-ġmiel u l-kobor ta’ dak li wħud iddiskrivewh bħala l-miraklu tal-ħajja li huma jassistu għaliħ kuljum… Kompli aqra »

IS-SINODU TAL-ISQFIJIET…TIFTAĦ L-ASSEMBLEA SPEĊJALI GĦAL-LVANT NOFSANI

“Meta l-Kattoliċi u l-Lhud isiru jafu lil xulxin, hemm it-tendenza li jaraw lil xulxin bħala ħbieb ġenwini li għandhom valuri u interessi komuni”. Dan qalu r-Rabbi David Rosen fl-Assemblea Speċjali tal-Lvant Nofsani fis-Sinodu tal-Isqfijiet, fejn kien mistieden speċjali. L-Assemblea ta’ ġimgħatejn qed tfittex sfidi diversi iffaċjati mill-Knejjes fir-reġjun.

Minbarra Rosen, li huwa Konsulent għall-Uffiċċju tar-Rabbi ewlieni ta’ Israel u Direttur għad-Dipartiment tal-Affarijiet Inter-reliġjużi tal-Kumitat Lhudi Amerikan, is-Sinodu stieden ukoll żewġ rappreżentanti mill-Islam… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 15 ta’ Ottubru

Luqa 10,13-16

“Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u libsu l-ixkejjer u qagħdu fuq ir-rmied. Imma l-ġudizzju għad ikun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom. U int, Kafarnahum, taħseb li se togħla sas-sema? Sa ġol-qiegħ għad tinxteħet! Min jisma’ lilkom ikun jisma’ lili, u min iwarrab lilkom ikun iwarrab lili; imma min iwarrab lili jkun iwarrab lil dak li bagħatni.” Kompli aqra »

IMPATT IMPENN

Is-Segretarjat għall-Katekeżi qed jorganizza l-Assemblea Ġenerali Annwali mnedija mis-Sezzjoni Adolexxenti fi ħdan l-istess Segretarjat. It-tema ta’ din is-sena hija: “Impatt… Impenn”. Din l-Assemblea ser issir nhar is-Sibt 16 ta’ Ottubru, 2010, l-Istitut Kattoliku, mid-9.00a.m. sa nofsinhar.

L-għan ta’ din l-Assemblea huwa li tiġi analizzata l-ħidma ma’ l-adolexxenti; fejn u kif jista’ jsir aktar impatt. Is-Segretarjat qed jilqa’ wkoll suġġerimenti għall-ħarsa ’il quddiem lejn ħidma flimkien u aħjar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 14 ta’ Ottubru

Luke 11,47-54

Ħażin għalikom! Intom tibnu l-oqbra tal-profeti li qatlu missirijietkom, u b’hekk tagħtu xhieda ta’ kull ma għamlu missirijietkom u turu li taqblu magħhom, għax huma qatluhom u intom tibnulhom l-oqbra. Kien għalhekk li l-Għerf ta’ Alla qal, ‘Jien nibagħtilhom profeti u appostli, u huma joqtlu u jippersegwitaw lil xi wħud minnhom.’ U hekk dan in-nisel ikollu jagħti kont ta’ demm il-profeti kollha li nxtered sa mill-ħolqien tad-dinja, ibda mid-demm ta’ Abel sad-demm ta’ Żakkarija, li qerduh bejn l-altar u s-santwarju… Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI LLUM, KULĦADD HU FIR-RISKJU LI JGĦIX BĦALLIKIEKU ALLA MA JEŻISTIX

Pope in general audience

“Illum ilkoll ninsabu fir-riskju li ngħixu ħajja bħallikieku Alla ma jeżistix”. Il-Papa għadda dan il-kumment fil-messaġġ tiegħu fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa quddiem madwar 25,000 persuna. Il-katekeżi kienet iddedikata lill-Beata Angela ta’ Foligno, “mistika kbira li għexet fis-seklu 13”.

Kompla li “Alla jista’ inissel il-preżenza tiegħu fina, jurina li jeżisti, li jafna u li jħobbna b’mijiet ta’ mezzi, kull mezz differenti mill-ieħor… Kompli aqra »

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-MOSTA

Nhar il-Ħadd, 10 ta’ Ottubru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fiċ-Ċentru Pastorali Sant’ Andrija u wara iltaqa’ man-nies. Il-quddiesa ġiet segwita b’laqgħa mal-gruppi taż-żona fiċ-Ċentru Pastorali kif ukoll b’laqgħa oħra mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili fis-sala fl-Oratorju Marija Immakulata. Għall-programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fil-Mosta AGĦFAS HAWN.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

STQARRIJA DWAR IL-KUXJENZA U D-DIVORZJU

Wara li ktibna dwar id-dħul tal-liġi tad-divorzju f’Malta u peress li f’dak li ktibna kien hemm ħwejjeġ li dehru kontradittorji, aħna ltqajna biex niċċaraw l-idejat tagħna dwar il-kuxjenza, id-divorzju u dwar il-pozizzjonijiet li jistgħu jieħdu l-Insara quddiem il-proposta ta’ leġiżlazzjoni favur l-introduzzjoni tad-divorżju.

Aħna qbilna dwar dawn il-punti:

1. Kull ċittadin, Kattoliku jew mhux Kattoliku, li jkun mitlub jagħti l-ġudizzju tiegħu  jekk iridx jew le li tidhol din il-liġi għandu d-dritt u d-dmir li jimxi fuq il-kuxjenza tiegħu li trid tkun infurmata u ffurmata tajjeb u tkun skont dak li jitlob il-ġid komuni… Kompli aqra »