Arkivji mensili: Ottubru 2010

11 – 17 ta’ Ottubru

It-Tnejn

8:45 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Sr Nunzia De Gori, Superjura Ġenerali tas-Sorijiet tal-Karita’.

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

1.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’intervista fuq ONE TV.

4.45 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru tal-Katekeżi Sant’ Andrija, Mosta, fejn qed jagħmel iż-Żjara Pastorali.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-Parroċċa tal-Mosta individwalment.

7.45 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 10 ta’ Ottubru u ‘Kelma ghall-Hajja’

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni ricenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.


Luke 17, 11-19

Ġara li, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, ltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ‘l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, Mgħallem, ikollok ħniena minna?” Kif rahom, qalilhom: “Morru uru rwieħkom lill-qassisin.” U ġara li, huma u sejrin, fiequ mill-marda tagħhom… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 9 ta’ Ottubru

Luke 11, 27-28

Huwa u jgħid dan, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt?” Iżda hu qalilha: “Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha?”

Kompli aqra »

IL-ĦTIEĠA TA’ IMPENN KULJUM LEJN IL-VERITA`

Il-Papa Benedittu XVI laqa’ parteċipanti f’Kungress dwar l-media kattolika, organizzat mill-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali, u li għaddej f’dawn il-jiem f’Ruma. Meta indirizza lill-parteċipanti ġejjin minn 85 pajjiż differenti, il-Papa rrefera għal żewġ aspetti tar-rwol tal-media kattolika. Semma n-natura speċifika tal-mezz ta’ komunikazzjoni nnifsu…jiġifieri “il-kelma miktuba” u l-importanza u l-effettivita tas-soċjeta li rat bidla f’dan is-settur tul is-snin. It-tieni, semma l-konnotazzjoni ‘Kattolika’ b’responsabbilta permezz ta’ impenn kontinwu lejn il-verita’… Kompli aqra »

IL-ĦADD: TA’ KULĦADD?

Il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru, 2010, il-Kummissjoni Pastorali Dwar id-Dinja tax-Xogħol organizzat konferenza bit-tema ‘il-Ħadd: Ta’ Kulħadd?’

Meta kien qed jindirizza din il-konferenza, Monsinjur Anton Gouder, Pro-Vigarju Generali, qal li Alla bierek u qaddes is-seba’ jum. Alla ordna lill-bniedem biex jistrieħ u li ebda persuna ma tittħaddem f’jum il-Ħadd. Monsinjur Gouder qal li dan juri biċ-ċar l-aspett socjali tar-religjon tagħna, fejn Alla jpoġġi lill-bniedem u lid-dinjita’ tiegħu, kif ukoll il-bżonn tal-bniedem biex jistrieħ, fiċ-ċentru tas-soċjeta’… Kompli aqra »

LECTIO DIVINA

L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija qed torganizza Lectio Divina nhar is-Sibt 9 t’Ottubru fis-7:30pm fil-Kunvent tal-Patrijiet Karmelitani fl-Imdina. Din se tkun immexxija minn Rev Fr. Alessandro Vella O Carm. Kulħadd huwa mistieden li jattendi. Il-laqgħa tispiċċa għal-ħabta tad-9:00pm.

L-eżerċizzju tal-Lectio Divina huwa l-għarfien u t-twettieq bl-għemil tar-rieda ta’ Alla permezz tal-Kotba Mqaddsa. It-terminu Lectio Divina jfisser qari tal-Kelma ta’ Alla. Imma dan l-eżerċizzju mhux sempliċi qari tal-Bibbja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 8 ta’ Ottubru

Luke 11, 15-26

Iżda xi wħud minnhom qalu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten.” Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema. Iżda hu ntebaħ x’kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra. Jekk ix-Xitan ukoll hu kontra tiegħu nnifsu, kif se żżomm wieqfa s-saltna tiegħu? Għax intom tgħidu li jien bis-saħħa ta’ Begħelżebul inkeċċihom ix-xjaten… Kompli aqra »

MEXXEJ ORTODOSS DWAR KIF JEMMEN LI SE JIXXEJNU L-QASMIET BEJN L-INSARA

Orthodox Archbishop Hilarion Alfeyev

Orthodox Archbishop Hilarion Alfeyev of Volokolamsk is expressing the conviction that the 21st century will see a flowering of Christianity, without divisions between the followers of Jesus.

L-Arċisqof Ortodoss Hilarion Alfeyev ta’ Volokolamsk esprima l-konvinzjoni tiegħu li l-21 seklu se jara l-Kristjaneżmu jifjorixxi, mingħajr qasmiet bejn dawk li jimxu fuq il-passi ta’ Kristu.

Iċ-Chairman tad-Dipartiment tal-Affarijiet Esterni tal-Patrijarkat ta’ Moska għamel dawn il-kummenti f’ċerimonja li matulha ngħata d-Dottorat Onorarju mill-Fakulta tat-Teoloġija ta’ Catalonia, li hi taħt il-Patrunaġġ tal-Universita Gregorjana ta’ Ruma… Kompli aqra »

OPEN DAY FIL-MUZEW TAL-KATIDRAL

On the occasion of the Cathedral Consecration Anniversary, the Cathedral Museum of Mdina will hold an Open Day for Maltese and Tourists on the 10th of October, 2010 from 10.00 a.m. until 5.00 p.m.

There will be two guided tours, one at 11.00 led by Mgr. Prof. Vincent Borg and another one at 16.00 led by Rev. John Sammut.

All are invited to attend… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 7 ta’ Ottubru

Luke 11,5-13

Qalilhom ukoll: “Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f’nofs ta’ lejl u jgħidlu, ‘Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax ġie għandi wieħed ħabib tiegħi mill-vjaġġ u ma għandix x’nagħtih.’ U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu, ‘Iddejjaqnix; issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik.’ Ngħidilkom jien, li jekk ma jqumx jagħtih għax ħabib tiegħu, iqum u jagħtih kull ma jkollu bżonn minħabba l-wiċċ sfiq tiegħu… Kompli aqra »