Orthodox Archbishop Hilarion Alfeyev

Orthodox Archbishop Hilarion Alfeyev of Volokolamsk is expressing the conviction that the 21st century will see a flowering of Christianity, without divisions between the followers of Jesus.

L-Arċisqof Ortodoss Hilarion Alfeyev ta’ Volokolamsk esprima l-konvinzjoni tiegħu li l-21 seklu se jara l-Kristjaneżmu jifjorixxi, mingħajr qasmiet bejn dawk li jimxu fuq il-passi ta’ Kristu.

Iċ-Chairman tad-Dipartiment tal-Affarijiet Esterni tal-Patrijarkat ta’ Moska għamel dawn il-kummenti f’ċerimonja li matulha ngħata d-Dottorat Onorarju mill-Fakulta tat-Teoloġija ta’ Catalonia, li hi taħt il-Patrunaġġ tal-Universita Gregorjana ta’ Ruma. Iċ-ċerimonja saret  fis-Seminarju Konċiljari ta’ Barċellona.

L-Arċisqof Ortodoss stqarr li “Rebbiegħa għall-Insara mhix fil-bogħod. Is-seklu 21 se jara l-qasmiet bejn l-Insara jitfejqu u l-Fidi titwieled mill-ġdid. Dan ikun don minn Alla, kif kien mgħallem mill-Appostli u preservat mill-Missirijiet tal-Knisja”. Huwa kompla jgħid li hu totalment żbaljat li jingħad li bħalissa qegħdin f’era ‘post-Christian’ u li l-Kristjaneżmu se jisparixxi mill-mappa reliġjuża għax l-Islam se jieħu post il-Kristjaneżmu.

“Ninsab ċert li l-Insara se jirreżistu flimkien u jippreservaw it-tagħlim nisrani, u anki dak kollu marbut mal-Knisja u dak kollu marbut mal-Knisja u mat-Tradizzjoni”, qal.

L-Arċisqof Ortodoss tkellem dwar u wera apprezzament għall-għerf tal-Missirjiet tal-Knisja li hu ta’ opportunita għall-Insara sabiex ma jitilfux id-direzzjoni f’ħajjithom, minkejja t-tendenzi li tesponi l-filosofija moderna”.