Arkivji mensili: Ottubru 2010

JIFTAĦ IL-PROĊESS DJOĊESAN GĦALL-KARDINAL VAN THUAN

Dan ix-xahar se jiftaħ il-proċess djoċesan għall-beatifikazzjoni tas-Serv t’Alla, il-Kardinal Francois Xavier Nguyen van Thuan, li għex bejn l-1928 u l-2002. Il-ftuħ solenni tal-investigazzjoni djoċesana tal-ħajja, tal-virutjiet u tar-reputazzjoni ta’ qdusija tal-Kardinal, se jsir fit-22 t’Ottubru, tliet snin wara li tħabbret it-tnedija tal-kawża. Il-Kardinal Vjetnamiż serva bħala Viċi President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi fl-1994, li tiegħu kien ukoll President bejn l-1998 u l-2002… Kompli aqra »

RAPPORT FINANZJARJU U PASTORALI GĦAS-SENA 2009

Viżjoni ġdida għall-ħidma pastorali

L-aħħar Pjan Pastorali tal-Knisja f’Malta, li tnieda minn Mons. Arċisqof Pawlu Cremona, propju fis-sena 2009, toffri viżjoni fejn in-Nisrani jgħaddi minn tradizzjoni u konvenjenza għall-għażla ta’ fidi konxja u konvinta, f’kultura li kull ma tmur qegħda tinbidel. Huwa għalhekk li l-Knisja teħtieġ tkompli timpenja ruħha f’evanġelizazzjoni ġdida.

Huwa b’din il-viżjoni li l-Knisja f’Malta qed tfassal l-prijoritajiet pastorali tagħha… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-MOSTA

6 – 31 ta’ Ottubru

L-Erbgħa, 6 ta’ Ottubru

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Arċipriet fil-Kurja.

Il-Ħadd, 10 ta’ Ottubru

8.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fiċ-Ċentru Pastorali Sant’ Andrija u wara jiltaqa’ man-nies.

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-gruppi taż-żona fiċ-Ċentru Pastorali.

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili fis-sala fl-Oratorju Marija Immakulata.

It-Tnejn, 11 ta’ Ottubru

4.45 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 6 ta’ Ottubru

Luke 11,1-4

Darba kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu.” U qalilhom: “Meta titolbu, għidu, ‘Missier, jitqaddes ismek,  tiġi Saltnatek. Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum. U aħfrilna dnubietna, għax aħna wkoll naħfru lil kull min  hu ħati għalina,  u la ddaħħalniex fit-tiġrib.’?” Kompli aqra »

FI SQALLIJA, IL-PAPA JITLOB LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ BIEX JIRRIFJUTAW ‘IT-TRIQ TAL-MEWT’ MILL-MAFIA

Pope in Palermo

Il-Papa Benedittu XVI appella liż-żgħażagħ fi Sqallija sabiex jirrifjutaw ‘it-triq tal-mewt’ offruta minn min jorkestra l-ktimini organizzata u jqumu fuq saqajhom quddiem il-ħażen billi jagħtu xiehda tal-valuri tal-Vanġelu.

Il-Papa għamel dawn il-kummenti fiż-żjara ta’ ġurnata li għamel f’Palermo, il-kapitali ta’ Sqallija, fejn iċċelebra quddiesa mal-baħar, iltaqa’ ma’ saċerdoti u reliġjużi u tkellem maż-żgħażagħ u l-familji fir-reġjun. Qabel irritorna f’Ruma, hu waqaf jitlob fis-sit marbut mal-qtil tal-prosekutur anti-Mafia, Giovanni Falcone, li inqatel b’bomba fl-1992… Kompli aqra »

IL-BASTIMENT LOGOS LURA F’MALTA

Mijiet ta’ Maltin f’dawn il-jiem se jkunu qed iżuru l-bastiment Logos Hope, magħruf aħjar bħala l-bastiment-fiera tal-ktieb immensa fuq il-baħar.

Il-bastiment sorġa fil-Port il-Kbir nhar it-Tlieta li għaddew u mistenni jibqa’ fil-Port il-Kbir għal madwar ħmistax.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

IL-ĦADD TA’ KULĦADD?

Il-Kummissjoni Pastorali fid-Dinja tax-Xogħol tal-Knisja f’Malta qed torganizza diskussjoni soċjali bit-tema: Il-Ħadd ta’ kulħadd? Din l-attivita’ se ssir nhar il-Ħamis, 7 ta’ Ottubru, fil-Convention Hall, Dar l-Emigrant, Valletta fid-9.00 a.m.

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jippresiedi din il-laqgħa li matulha se jipparteċipaw ukoll membri tal-imsieħba soċjali. Dakinhar, wara introduzzjoni qasira, se jsiru numru ta’ interventi minn rappreżentanti tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem. L-Arċisqof se jagħlaq din id-diskussjoni bir-riflessjonijiet tiegħu fuq dan is-suġġett… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 5 ta’ Ottubru

Luke 10,38-42

Huma u sejrin, daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Mbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi?” Qabeż il-Mulej u qalilha: “Marta Marta! … Kompli aqra »

IL-FUTUR TAL-MEDIA KATTOLIKA STAMPATA. QUO VADIS?

Mons Paul Tighe

Il-gazzetti stampati u l-magazins għandhom futur? X’inhu l-valur tal-kelma stampata f’dinja li kull ma jmur qed tinbidel? X’inhu l-futur tal-istampa kattolika f’dan il-kuntest?

Dawn huma uħud mill-mistoqsijiet fiċ-ċentru ta’ iffukar fil-Kungress dwar il-Press Kattolika, organizzat mill-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjonijiet Soċjali bejn illum u l-Ħamis li ġej. Jiem ilu bi tħejjija għall-Kungress, is-Segretarju ta’ dan id-Dekasteru fil-Vatikan, Mons Paul Tighe, ta interbista lill-Aġenzija SIR u tkellem dwar l-aspettattivi tiegħu għal dan il-Kungress… Kompli aqra »

STQARRIJA MAHRUGA FI TMIEM L-ASSEMBLEA ĠENERALI TAL-KONFERENZA EPISKOPALI EWROPEJA

Demography and Family

The Presidents of the Bishops’ Conferences of Europe gathering in Zagreb, Croatia, for the 40th General Assembly of the Council of the European Bishops’ Conferences (CCEE), discussed the issue of demography and family. A survey carried out via the Bishops’ Conferences of 47 Countries confirms a downward population trend. This is certainly the result of family policies in each Nation, but such observation does not appear sufficient to explain the sharp and generalised fall in birth rates described as a demographic winter… Kompli aqra »