Mons Paul Tighe

Il-gazzetti stampati u l-magazins għandhom futur? X’inhu l-valur tal-kelma stampata f’dinja li kull ma jmur qed tinbidel? X’inhu l-futur tal-istampa kattolika f’dan il-kuntest?

Dawn huma uħud mill-mistoqsijiet fiċ-ċentru ta’ iffukar fil-Kungress dwar il-Press Kattolika, organizzat mill-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjonijiet Soċjali bejn illum u l-Ħamis li ġej. Jiem ilu bi tħejjija għall-Kungress, is-Segretarju ta’ dan id-Dekasteru fil-Vatikan, Mons Paul Tighe, ta interbista lill-Aġenzija SIR u tkellem dwar l-aspettattivi tiegħu għal dan il-Kungress. Stqarr li “l-għan hu li jinħoloq sens ta’ ‘komunjoni dinamika’ fost il-parteċipanti, ikunu mfaħħra l-inizjattivi pożittivi li diġa saru f’għadd ta’ pajjiżi u jingħata appoġġ lil inizjattivi li jfittxu li jistabbilixxu xi network informali bejn dawk preżenti. F’dan l-internet għandu rwol importanti. Hekk, l-għan tal-Kunsill Pontifiċju huwa li joffri appoġġ konkret lid-dinja tal-komunikazzjoni, speċjalment permezz ta’ analiżi profonda u riflessjoni. Huwa impenn li minnu tista’ tibbenefika l-ħidma fil-ħajja ta’ kuljum”.

It-temi għad-diskussjoni, qal Mons Tighe, iduru ‘mal-Komunikazzjoni u l-Informazzjoni llum’ anki in vista tal-45 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali u l-messaġġ tal-Papa Benedittu XVI f’din l-okkażjoni, maħruġ fid-29 ta’ Settembru. Qed ikun hemm iffukar fuq il-media stampata. It-tema ddur ma’ żewġ taqsimiet – il-media tradizzjonali u dik diġitali. Mons Tighe kompla li “il-verita hi l-għan ewlieniu komuni li jassigura u jiggarantixxi mhux biss bidla teknika imma wkol mod ġdid ta’ interazzjoni. Mingħajr il-kontribut tal-verita, l-avvanz teknoloġiku ikun jidher u mhux jinħass bħala bidla. L-era diġitali fiha nnifisha, ma tirrappreżentax bidla fir-rigward tal-valuri konċernati, anzi, tpoġġi enfasi fuq l-element t’awtentiċita tal-ħajja li timplika l-eżaminazzjoni tal-attitudni personali ġenwina lejn it-tiftix tal-verita”.

Fi kliem is-Segretarju ta’ dan id-Dekasteru tal-Vatikan, “il-komunikazzjoni għas-servizz tal-verita tagħmel użu massimu mill-valuri tagħha – is-sens ta’ djalogu, rispett lejn il-persuna u anki t-tiftix għal tagħrif usa”. Temm jgħid li dan importanti li jsir fi spirtu ta’ kompetenza u professjonalita.