Arkivji mensili: Novembru 2010

KUNĊERT IEĦOR MIŻ-ŻGĦAŻAGĦ ĦADDIEMA NSARA

Persuni b’diżabilità se jkunu l-benefiċjarji tal-kunċert ta’ din is-sena Strummin’ Home, imtella’ miz- Żgħażagħ Ħaddiema Nsara.

F’kummenti li tat lil IL-ĠENSillum online, Lorleen Farrugia fissret li l-kunċert ta’ din is-sena se jkun qed jiffoka fuq l-iktar mużika popolari ta’ dawn l-aħħar 50 sena.

Din se tkun id-disa’ edizzjoni tal-kunċert Strummin’ Home, kunċert li issa sar appuntament tradizzjonali tal-ħarifa Maltija u li permezz tiegħu jinġabru fondi b’risq skopjiet karitattevoli… Kompli aqra »

IMNEDIJA L-KOMPETIZZJONI MARBUTA MAL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Catholic.net ndiet il-kompetizzjoni marbuta mal-okkażjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-kompetizzjoni hi marbuta ma’ komponiment u hi miftuħa għal żgħażagħ minn kwalunkwe pajjiż u li għandhom bejn is-16 u t-28 sena.

Ir-rebbieħ se jingħata vjaġġ lejn Madrid fi Spanja għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Awwissu li ġej.

Il-parteċipanti huma mitluba jiktbu essej fit-tul u jwieġbu l-mistoqsija “How have you found God?” – jiġifieri “Kif sibt lil Alla?”

Biex ikun indirizzat dan is-suġġett, huma rakkomandati temi relattivi bħall-kuraġġ fil-ħajja, l-imħabba t’Alla, il-ferħ, l-imħabba li joffri Ġesu, il-missjoni u l-bidla ġewwiena, kif ukoll is-Sagramenti… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 24 ta’ Novembru

Luqa 21,12-19

Imma qabel dan kollu jixħtu idejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f’idejn il-mexxejja  tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f’ismi. Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda. U żommu sewwa f’moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista’ jiqaflu jew imerih… Kompli aqra »

SEMINAR DWAR L-ISPIRITWALITA’ FIŻ-ŻWIEĠ U L-FAMILJA

Nhar il-Ġimgħa 26 ta’  Novembru, 2010, il-Kummissjoni Djoċesana Familja ser torganizza seminar għal membri tal-Kummisjoni Familja fi ħdan il-Parroċċi.  F’dan is-seminar Fr. Vince Magri SJ ser jitkellem dwar il-bini ta’ Spiritwalita’ awtentika għall-koppja u għall-familja.  Imma x’inhi ezattament in-natura ta’ din l-iSpiritwalita’?  B’liema mod din l-imħabba bejn il-koppja tista ssir l-ingredjent ewlieni biex tipprovdi opportunitajiet uniċi biex issaħħaħ l-iSpiritwalita’ bejn il-koppja u l-familja?

Iż-Żwieġ huwa sfida biex nikbru fl-imħabba u iktar u iktar biex nirrispondu b’mod sħiħ għas-sejha t’Alla għal imħabba dejjiema.   … Kompli aqra »

COR UNUM U L-MOTIVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ KARITA

Tlett mija u għoxrin direttur ta’ organizzazzjonijiet Kattoliċi Ewropej ta’ Karita se jiltaqgħu iżjed tard dan ix-xahar fil-Bażilika Marjana Pollakka ta’ Czestochowa sabiex jiskopru mill-ġdid l-iktar motivazzjonijiet profondi għall-attivitajiet tagħhom ta’ karita.

L-eżerċizzi spiritwali, organizzati mill-Kunsill Pontifiċju Cor Unum, id-dekasteru tal-Vatikan li jikkordina l-attivita ta’ karita tal-istituzzjonijiet Kattoliċi madwar id-dinja, kienu preżentati t-Tlieta lill-ġurnalisti mill-Kardinal Robert Sarah, President tad-dekasteru… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Novembru

Luqa 21,5-11

Kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: “Kull ma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx.” U huma staqsewh u qalulu: “Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? … Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONI DJOĊESANA TA’ KRISTU RE

‘Fil-viżjoni nisranija nemmnu li fiċ-ċentru ta’ Alla hemm il-bniedem’. Dan qalu l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fid-diskors li għamel fil-festa ta’ Kristu Re’ nhar il-Ħadd, 21 ta’ Novembru, 2010, Raħal Ġdid.

L-Arċisqof għamel enfasi fuq il-punt li l-bniedem huwa l-bidu w it-tmiem ta’ kollox u dan qal, huwa evidenti fil-Bibbja, b’mod speċjali fil-Ġenesi. Dan hu minnhu għax Alla ħalaq id-dinja għall-bniedem biex ikun koperatur miegħu… Kompli aqra »

FR. JOSEPH BONELLO O.F.M. MAĦTUR ISQOF KOADJUTUR TA’ JUTICALPA (HONDURAS)

Il-Qdusija tiegħu Papa Benedettu XVI innomina lil Fr. Joe Bonello O.F.M., (Provinċja Franġiskana San Pawl Appostlu – Malta) bħala Isqof Koadjutur tad-djoċesi ta’ Juticalpa fil-Honduras.

Fr. Joseph Bonello O.F.M., twieled ix-Xagħra, Għawdex, nhar l-4 t’April 1961. It-tielet minn erbat itfal tal-mibkija Victor u Nazzarena Sultana. Beda n-Novizzjat tiegħu mal-Patrijiet Franġiskani (O.F.M.) nhar it-2 t’Ottubru 1977. Għamel il-Professjoni Temporanja nhar l-1 t’Ottubru 1978 u dik Solenni nhar it-28 t’Awissu 1983 fil-Knisja dedikata lil Marija Bambina, ix-Xaghra… Kompli aqra »

TFAL U ADOLEXXENTI JIĊĊELEBRAW KRISTU RE

Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Kristu Re, nhar il-Ġimgħa u s-Sibt, 19 u 20 ta’ Novembru, 2010, ġew mħejjija attivatijiet għall-adolexxenti u tfal. Fl-ewwel jum, infetħu ċ-ċelebrazzjonijiet permezz ta’ laqgħa msejħa ‘Meeteen’ fiċ-ċentru parrokkjali tal-Qawra/Buġibba. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa din iċ-ċelebrazzjoni bis-sehem tas-saċerdot Fr. Robert Galea u l-Pre-Youths tal-Qawra/Buġibba.  Għal din il-laqgħa attendew mijiet ta’ adolexxenti ta’ bejn it-12 u 16-il sena… Kompli aqra »

IL-PAPA SE JŻUR IL-ĠERMANJA FL-2011

Is-sena d-dieħla, il-Papa se jkun qed iżur il-Ġermanja. Mill-bidu tal-pontifikat tiegħu fl-2005, din tkun it-tielet żjara lejn art twelidu. Il-President tal-Konferenza Episkopali Ġermaniża, l-Arċisqof Robert Zollitsch ta’ Freiburg fi Breisgau, irraporta li l-Papa possibbilment jagħmel din iż-żjara f’Settembru, b’waqfiet f’Berlin, Freiburg u Erfurt.

L-Arċisqof, f’kummenti lil Radju Vatikan, qal li l-Papa se jkun qed ifakkar mument importanti fil-ħajja tal-pajjiż u fil-ħajja tal-Knisja… Kompli aqra »