Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Kristu Re, nhar il-Ġimgħa u s-Sibt, 19 u 20 ta’ Novembru, 2010, ġew mħejjija attivatijiet għall-adolexxenti u tfal. Fl-ewwel jum, infetħu ċ-ċelebrazzjonijiet permezz ta’ laqgħa msejħa ‘Meeteen’ fiċ-ċentru parrokkjali tal-Qawra/Buġibba. L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa din iċ-ċelebrazzjoni bis-sehem tas-saċerdot Fr. Robert Galea u l-Pre-Youths tal-Qawra/Buġibba.  Għal din il-laqgħa attendew mijiet ta’ adolexxenti ta’ bejn it-12 u 16-il sena.

L-għada s-Sibt, l-Arċisqof ltaqa’ mat-tfal u ċċelebra Quddiesa fil-Kulleġġ De La Salle. Din l-attivita’ ġiet mtella’ u animata mit-tfal membri tal-Kummissjoni Djoċesana Tfal (KDT). Għal din l-attivita’ attendiet l-Kummissarju tat-Tfal, is-Sinjura Helen D’Amato.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]