Arkivji mensili: Diċembru 2010

FUNZJONIJIET RELIĠJUŻI MMEXXIJA MILL-ARĊISQOF

Il-funzjonijiet reliġjużi li l-Arċisqof Pawlu Cremona OP se jmexxi fl-okkażjoni tal-Milied jibdew fil-Lejl tal-Milied, meta Mons. Cremona jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali Konċelebrata fil-Katidral, l-Imdina. Il-funzjoni tibda fil-11.00 p.m. Il-Quddiesa mill-Arċisqof tkun f’nofs il-lejl.

Nhar il-Milied, Mons. Arċisqof imexxi Quddiesa Stazzjonali Konċelebrata fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, fid-9.15 a.m.

Il-Ħadd, 26 ta’ Diċembru, mid-9.00 a.m. sal-11.30 a.m. l-Arċisqof se jkun il-Kurja, Floriana, biex jilqa’ lil kull min jixtieq iżuru personalment biex jagħtih l-awguri ta’ żmien il-Milied u l-bidu ta’ Sena Ġdida… Kompli aqra »

L-ISKEDA TAL-LITURĠIJA BIS-SEHEM TAL-PAPA F’DAL-JIEM

L-Uffiċċju għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Papa Benedittu XVI ippubbblika l-lista taċ-ċerimonji f’daż-żmien tal-Milied li l-Papa se jkun qed jippresiedi. Bħal ma jsir tradizzjonalment, il-Papa se jippresiedi l-quddies ewlieni tas-solennitajiet ta’ daż-żmien, li huma t-twelid ta’ Ġesu Bambin, Marija Omm Alla, l-Epifanija u l-Magħmudija ta’ Ġesu. Dan flimkien mal-Vespri fl-aħħar jum tas-sena 2010.

F’xi ċelebrazzjonijiet, il-Papa se jkun assistit minn kardinali bħala djakni… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 24 ta’ Dicembru

It-Tmien Jum: Novena tal-Milied

Luqa 1,67-79

U Żakkarija, missieru, mtela bl-Ispirtu s-Santu u beda jħabbar u jgħid: “Mbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu, u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni f’dar David qaddej tiegħu, bħalma wiegħed fl-imgħoddi b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu, biex isalvana mill-għedewwa tagħna, u minn idejn dawk kollha li jobogħduna… Kompli aqra »

SKAMBJU TA’ AWGURI FIL-KURJA TAL-ARĊISQOF

Nhar l-Erbgħa, 22 ta’ Diċembru 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. wassal l-awguri tiegħu għal Milied lill-impjegati u l-kollaboraturi tal-Kurja b’messaġġ sabiex il-bniedem jibqa’ dejjem fiċ-ċentru tal-ħidma pastorali u amministrattiva li jwettqu dawk li jaħdmu fl-entitajiet tal-Knisja.

Intant, fi zmien il-festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena, l-uffiċċji tal-Kurja, Floriana, inkluz l-uffiċċju taz-zwiġijiet u t-taqsima tal-Amministrazzjoni, kif ukoll l-uffiċċji tat-Tribunal Ekklezjastiku fil-Belt, se jkunu magħluqin għall-pubbliku mill-Ġimgħa, 24 ta’ Diċembru, u jerġgħu jiftħu nhar it-Tnejn 3 ta’ Jannar, 2011… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Dicembru

Is-Seba’ Jum: Novena tal-Milied

Luqa 1,57-66

Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!” Mbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »

WEBSITE ĠDIDA GĦAL CARITAS MALTA

Il-Caritas Malta għadha kemm ġeddet il-website tagħha biex tagħmilha eħfef għal min irid ifittex informazzjoni dwar is-servizzi li din tagħti u l-attivitajiet li torganizza.  Il-website hija sponsorjata minn Abakus Solutions, kumpanija tas-software li ilha tagħti dan is-servizz lill-Caritas Malta minn meta din bdiet tuża website.  Is-sit il-gdid jinstab fuq www.caritasmalta.org.

L-Abakus Solutions użaw l-aktar teknoloġija riċenti f’dan is-sit,  li jagħti tagħrif dwar is-servizzi li l-Caritas Malta toffri bla ħlas lil persuni f’diffikultà.  … Kompli aqra »

IL-PAPA JAPPELLA GĦALL-GĦAJNUNA LILL-FAMILJI MILL-ISTAT

Pope blesses families

Il-Papa Benedittu XVI appella sabiex tingħata l-għajnuna lill-familji mill-Istat sabiex ikunu jistgħu jaqdu l-missjoni tagħhom li jgħaddu l-valuri lit-tfal u ż-żgħażagħ. Huwa għamel dan l-appell meta kien qed jilqa’ f’udjenza lill-ambaxxatur il-ġdid ta’ Andorra għas-Santa Sede, Miquel Angel Canturri Montanya.

“Fil-pajjiżi u bejn il-popli, l-għaqda hi possibbli. Il-kreattivita ġuridika u r-rieda tajba jippermettu biex għadd ta’ problemi jiġu solvuti u jintleħaq il-qbil li jkun ferm mixtieq”, kompla jgħid il-Kap tal-Knisja Kattolika… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 22 ta’ Dicembru

Is-Sitt Jum: Novena tal-Milied

Luqa 1,46-55

Mbagħad qalet Marija: Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ‘l quddiem kull nisel isejjaħli hienja, għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu… Kompli aqra »

20 – 26 ta’ Diċembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

1.00 p.m. L-Arċisqof jattendi ikla tal-Milied mal-anzjani, Sawra.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi individwalment, jiċċelebra Qudiesa u joqgħod magħhom għall-ikel.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-Imġarr, Dun Antoine Borg, mal-Arċipriet tal-Mosta, Dun Mario Tong u mal-Kappillan tal-Għargħur, Dun Albert Schembri dwar il-viżti pastorali li kienu saru fil-parroċċi tagħhom… Kompli aqra »

IL-PAPA JIKKUNDANNA L-PORNOGRAFIJA LI TISFRUTTA T-TFAL U L-PORNOGRAFIJA

Benedict XVI is speaking out against the crimes of child pornography and pedophilia, and is underlining the need to fight these evils through a solid formation of conscience. 

The Pope stated this today during his traditional meeting with the cardinals, archbishops, bishops, and members of the Roman Curia and of the Governorate of Vatican City State, for the exchange of Christmas greetings. 

“For all its new hopes and possibilities, our world is at the same time troubled by the sense that moral consensus is collapsing, consensus without which juridical and political structures cannot function,” he observed.  … Kompli aqra »