L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA PRIMARJA TA’ ĦAL TARXIEN
23/01/2010Il-Ġimgħa, 22 ta’ Jannar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar il-Kulleġġ San Tumas More – Skola Primarja Tarxien. F’din l-iskola bħalissa jattendu 232 student. L-Arċisqof ingħata merħba mit-tfal kollha fil-bitħa tal-iskola. It-tfal kantaw diversi innijiet reliġjużi u qalu t-talba ta’ filgħodu. It-tfal offrew donazzjoni ta’ flus biex tingħata lid-Dar tal-Providenza. Wara ttella’ żewġ programmi qsar mit-tfal kollha. L-Arċisqof indirizza lit-tfal u lill-ġenituri preżenti… Kompli aqra »