Yearly Archives: 2010

22 – 28 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-elezzjoni tal-Madre Superjura tal-Qaddejja taċ-Ċenaklu, fid-Dar tal-Kleru.

It-Tlieta

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Knisja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fi programm ‘live’ fuq Radju RTK.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Parroċċa ta’ Xbiex fl-okkazjoni tal-bidu tal-ħidma pastorali tal-Kappillan il-ġdid, Rev… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 21 ta’ Novembru u Kelma għall-Ħajja

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.

Luqa 23,35-43

Il-poplu waqaf hemm, iħares, waqt li l-kapijiet bdew jiddieħku b’Ġesù u jgħidu: “Salva lil oħrajn; ħa jsalva lilu nnifsu jekk dan hu l-Messija, il-Maħtur ta’ Alla!” Is-suldati wkoll bdew jgħadduh biż-żmien; u resqu lejh, newwlulu nbid qares u qalulu: “Jekk inti s-sultan tal-Lhud salva lilek innifsek!” Fuq rasu kien hemm ukoll kitba li kienet tgħid, ‘Dan huwa s-sultan tal-Lhud.’ Wieħed mill-ħatjin li kienu msallbin miegħu beda jgħajjru u jgħidlu: “Int m’intix il-Messija? … Kompli aqra »

ŻBILANĊ NETT KONTRA L-FAMILJA

Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa kellna t-tnedija tal-moviment ‘Iva’. Mhux ‘iva’ biex tissaħħaħ il-familja Maltija, imma ‘Iva’ għat-tkissir tagħha! Tnieda l-moviment ‘Iva’ għad-divorzju, li ddikjara li kien se jimpenja ruħu biex f’Malta jkollna leġislazzjoni dwar id-divorzju. Bħal f’pajjiżi oħra, wara kollox!

L-ironija hi, li minflok ma nitgħallmu mill-esperjenzi qarsa ta’ pajjiżi oħra li daħħlu d-divorzju, u issa qed jgħixu l-konsegwenzi soċjali li dan ġab miegħu, nidfnu rasna fir-ramel u nagħmlu ta’ rasna, kif ngħidu bil-Malti, u ninsistu li d-divorzju hu “dritt ċivili” li għandu jidħol f’pajjiżna… Kompli aqra »

TAĦDITIET BEJN IL-PAPA U L-KARDINALI F’LAQGĦA RARI LI SSIR

Il-Papa kellu taħditiet ma’ aktar minn mitt kardinal minn madwar id-dinja dwar diversi temi li jinkludu l-iskandli ta’ abbużi sesswali mwettqa minn membri tal-kleru kif ukoll il-liberta reliġjuża. Dan in vista tal-persekuzzjoni tal-insara f’diversi pajjiżi kif ukoll it-tilwima maċ-Ċina.

Fuq l-aġenda wkoll kienet diskussjoni dwar id-deċiżjoni għal stedina ta’ konverżjoni ta’ Isqfijiet u saċerdoti Anglikani għall-Kristjaneżmu.

It-taħditiet kienu qed isiru qabel iċ-ċerimonja li matulha, fil-ġurnata tal-lum, il-Papa se jaħtar 24 Kardinal ġdid… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 20 ta’ Novembru

Luke 20,27-40

Mela resqu fuqu xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: “Mgħallem,” qalulu,”Mosè ħallielna miktub, ‘Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh.’ Issa jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla tfal. It-tieni wieħed, u mbagħad it-tielet, f’kelma waħda, is-sebgħa li kienu, ħadu l-armla, u mietu bla ma ħallew tfal… Kompli aqra »

ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA TA’ KRISTU RE

Nhar il-Ħadd, 21 ta’ Novembru, 2010, se tiġi organizzata ċ-ċelebrazzjoni Djoċesana fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Re. It-tema għal din is-sena hi “Ilqa’ l-isfida: ġib il-faqar fix-xejn”, bbażata fuq it-tema Ewropea għal din is-sena għall-ġlieda kontra l-faqar u l-eskluzjoni soċjali. Is-Segretarju Pastorali, Fr Charles Cordina, spjega li “t-tema taċ-ċelebrazzjonijiet annwali ta’ Kristu Re tkun msawra fuq aspett socjali li l-Knisja tixtieq titfa dawl fuqu… Kompli aqra »

SEBA’ SEMINARISTI JINGĦATAW IL-MINISTERU TAL-AKKOLITAT

Nhar il-Ħamis, 18 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ippresieda ċ-ċerimonja li fiha seba’ seminaristi ingħataw il-Ministeru tal-Akkolitat, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Luqa. Dawn huma: Dillon Bugeja (Parroċċa Zurrieq), Robin Camilleri (Parroċċa Luqa), Roderick Camilleri (Parroċċa Zabbar), Mario Dimech (Parroċċa Siggiewi), Anthony Paul Fitzpatrick (Parroċċa Gwardamanga), George Schembri (Parroċċa San Ġorġ Qormi) and Michael Zammit (Parroċċa S. Elena, Birkirkara).

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

“IS-SOĊJETA’ TIPPRETENDI ĦAFNA MINNKOM” – L-ARĊISQOF LILL-GRADWATI L-ĠODDA

Nhar it-TIieta, 19 ta’ Novembru, 2010,l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-gradwazzjoni tal-istudenti tal-Universita’ ta’ Malta, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.

Fl-omelija tiegħu l-Arċisqof wissa lill-istudenti li s-soċjeta’ tippretendi ħafna minnhom, minħabba li investit fihom. Minbarra dan huma se jkollhom għażla mhux faċli li jridu jaffaċċjaw kull darba li jieħdu deċiżjoni relatata mal-professioni, u mhux biss. Dan minħabba li jridu jaraw f’liema spirtu se jagħmlu dawn l-għażliet… Kompli aqra »

Forum taż-Żgħażagħ dwar il-Komunikazzjoni Online

Nhar it-Tnejn, 22 ta’ Novembru, tiftaħ ir-raba’ edizzjoni tal-Forum taż-Żgħażagħ li se jsir fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, fis-7:00 p.m. It-tema ta’ din is-sena ‘Keepitreal’ tinvestiga l-impatt soċjali tal-meżżi ta’ komunikazzjoni li qed jinħolqu permezz tal-internet bħal social networks, Instant Messaging u blogs.

Tliet riċerkaturi ta’ dan il-qasam se jitkellmu dwar il-mekkaniżmi bażiċi wara dawn il-meżżi biex jgħinu r-riflessjoni taż-żghażagħ… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 19 ta’ Novembru

Luqa 19,45-48

Mbagħad daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ‘l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub, ‘Id-dar tiegħi tkun dar it-talb.’ Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin! U kien jgħallem kuljum fit-tempju. Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu… Kompli aqra »