Nhar it-TIieta, 19 ta’ Novembru, 2010,l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-gradwazzjoni tal-istudenti tal-Universita’ ta’ Malta, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.

Fl-omelija tiegħu l-Arċisqof wissa lill-istudenti li s-soċjeta’ tippretendi ħafna minnhom, minħabba li investit fihom. Minbarra dan huma se jkollhom għażla mhux faċli li jridu jaffaċċjaw kull darba li jieħdu deċiżjoni relatata mal-professioni, u mhux biss. Dan minħabba li jridu jaraw f’liema spirtu se jagħmlu dawn l-għażliet.

L-Arċisqof ikkonkluda billi qal li huwa jinsab fiċ-ċert li s-soċjeta hija waħda aħjar permezz tagħhom, kif ukoll awguralhom l-isbaħ xewqat għall-futur.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]