Yearly Archives: 2010

LECTIO DIVINA

L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija qegħda torganizza Lectio Divina mmexxija minn Fr. John Curmi, nhar is-Sibt 13 ta’ Novembru, fis-7:30pm, fil-Kunvent tal-Patrijiet Karmelitani fl-Imdina. Kulħadd huwa mistieden jattendi.

L-eżerċizzju tal-Lectio Divina huwa l-għarfien u t-twettieq bl-għemil tar-rieda ta’ Alla permezz tal-Kotba Mqaddsa. It-terminu Lectio Divina jfisser qari tal-Kelma ta’ Alla. Imma dan l-eżerċizzju mhux sempliċi qari tal-Bibbja. Ifisser li tinqara silta mill-Kelma t’Alla, wieħed jimmeditaha, jitlob permezz tagħha u jikkontemplaha, b’tali mod li jħalliha taħdem fih, fi ħsibijietu, xewqatu, għemilu, u jħalliha tagħġnu kif trid hi, hekk li jsir ħaġa waħda mar-rieda ta’ Alla… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 11 ta’ Novembru

Luqa 17,20-25

Il-Fariżej staqsewh meta kienet se tiġi s-Saltna ta’ Alla, u hu weġibhom: “Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru; lanqas ħadd ma hu se jgħid, ‘Arawha, hawn,’ jew, ‘Hemm’, għax araw, is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda.” Lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Għad jiġi żmien meta tkunu tixtiequ taraw jum wieħed minn żmien Bin  il-bniedem u ma tarawhx… Kompli aqra »

IL-KUNSILL GĦALL-PROMOZZJONI TAL-GĦAQDA NISRANIJA JAGĦLAQ 50 SENA

From an ecumenical service

Il-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni Tal-Għaqda Nisranija se jkun qed jiċċelebra il-50 anniversarju mit-twelid tiegħu b’avveniment ta’ natura ekumenika nhar l-Erbgħa li ġej.

L-attivita se tkun preseduta mill-Arċisqof Kurt Koch, President tal-Kunsill. Se jkunu preżenti wkoll il-Kardinal Walter Casper,President Emeritus tal-Kunsill Pontifiċju; Rowan Williams, Arċisqof ta’ Canterbury u l-Metropolitan Pergamo Ioannis tal-Patrijarkat ekumeniku ta’ Kostantinopli.

Dak li kellu jsir il-Kunsill Pontifiċju, kien satbbilit mill-Beatu, Papa Ġwanni XXIII fil-5 ta’ Ġunju, 1960… Kompli aqra »

IĊ-ĊERIMONJA TAL-GRADWAZZJONI MILL-ISTITUT TA’ FORMAZZJONI PASTORALI

Nhar it-Tlieta, 9 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. attenda għaċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, u wara ċċelebra Quddiesa fis-Seminarju, Tal-Virtu’.

L-għan ewlieni ta’ l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali jitwaħħad ma dak tal-Knisja; cioe li permezz tal-ħidma evanġelika tagħha tifforma l-membri tagħha.

Din is-sena madwar 138 persuna temmew il-korsijiet offruti mill-IFP, li jkompli jagħmel mill-Knisja waħda inklussiva minħabba li issa l-esperjenzi ta’ fidi m’għadhomx esklussivi għal ftit, membri tal-kleru jew reliġjużi, iżda ssa saru ta’ kulħadd… Kompli aqra »

FAMILJI MKISSRA JISWEW LILL-GVERN INGLIŻ 100 BILJUN STERLINA

Uffiċjal għoli fil-Gvern Ingliż stqarr li tfal minn familji mkissrin kellhom disa’ darbiet iktar ċans li jwettqu atti kriminali minn tfal oħrajn imrobbijin f’familji stabbli, waqt li kkwantifika l-ispiża tal-Gvern Ingliż minħabba t-tkissir tal-familji bħala £100 biljun.

F’indirizz li għamel lir-rappreżentanti ta’ ‘Relate’, għaqda karitattevoli nazzjonali li hi impenjata fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet umani, is-Segretarju tal-Istat għax-Xogħol u l-Pensjonijiet, Iain Duncan Smith, qal li t-tkissir taż-żwieġ wassal għal splużjoni fir-rata ta’ kriminalità, u ddupplikat iċ-ċans li persuna tgħix fil-faqar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 10 ta’ Novembru

Luqa 17,11-19

Ġara li, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, ltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ‘l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, Mgħallem, ikollok ħniena minna !” Kif rahom, qalilhom: “Morru uru rwieħkom   lill-qassisin.” U ġara li, huma u sejrin, fiequ mill-marda tagħhom… Kompli aqra »

IL-KULLEĠĠ TAL-KARDINALI F’ĠURNATA TA’ RIFLESSJONI

Pope with College of Cardinals

Id-Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali, il-Kardinal Angelo Sodano, bagħat ittra lill-membri tal-Kulleġġ u lill-Kardinali-eletti, fejn ħabbrilhom li l-Papa stedinhom ilkoll biex jipparteċipaw f’ġurnata ta’ talb u riflessjoni li se ssir il-Ġimgħa 19 ta’ Novembru fl-Awla ġdida tas-Sinodu fil-Vatikan.

Il-ġurnata ta’ talb, li se ssir lejliet il-konċistorju pubbliku ordinarju, se tiffoka fuq żewġ temi. L-ewwel, is-sitwazzjoni ta’ liberta reliġjuża fid-dinja, flimkien mal-isfidi l-ġodda, b’taħdita introduttorja mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA SEKONDARJA GĦOLJA

Nhar it-Tlieta, 9 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar l-iskola Sekondarja Għolja, fin-Naxxar u jikkonsagra l-istudenti u l-membri tal-istaff lil Qalb ta’ Ġesu u ta’ Marija.

Matul din iz-zjara l-Arċisqof iltaqa’ mal-għalliema u l-istudenti, wieġeb diversi mistoqsijiet tal-istudenti u bierek salib kbir tal-injam li tqiegħed quddiem il-kappella tal-iskola.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

ID-DIKKJARAZZJONI TAN-NULLITA’ U DIVORZJU – X’INHI D-DIFFERENZA?

Fid-diskussjoni preżenti dwar jekk id-divorzju jiddaћћalx jew le f’pajjiżna, d-dikjarazzjoni ta’ nullita taż-żwieġ, kemm fil-Knisja kif ukoll barra l-Knisja, ħafna drabi hi mifhuma ħażin.  Sabiex ikollna diskussjoni serja u matura huwa importanti ħafna li nżommu f’rasna l-elementi essenzjali li jirregolaw kemm id-dikjarazzjoni ta’ nullita’ kif ukoll id-divorzju.

Kulħadd huwa mistieden għal taħdita li ser jagħmel fuq dan is-suġġett Mons Joseph Bajada, Vigarju Gudizzjali tat-Tribunal tat-Tieni Istanza… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JORDNA LIL FR ROBERT GALEA PRESBITERU

Nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa li fiha ordna lir-Rev. Robert Galea bħala Presbiteru, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.

Rev. Robert Galea li għandu 28 sena u li hu mill-parroċċa tal-Ibraġ beda l-istudju tiegħu fl-2003 fis-seminarju tal-Arċisqof hawn Malta. Fuq xewqa tiegħu stess, fl-2007 saret talba mill-Isqof Malti ta’ Sandhurst, Mons. Joe Grech, biex Robert ikompli l-istudji tiegħu fl-Awstralja, liema talba kienet ġiet milqugħa mill-Arċisqof Pawlu Cremona… Kompli aqra »