Yearly Archives: 2010

FIŻ-ŻJARA FIR-RENJU UNIT, IL-PAPA SE JIRREĊITA T-TALB EWLIENI TAL-QUDDIES BIL-LATIN

Waqt iż-żjara tiegħu fir-Renju Unit bejn is-16 u d-19 ta’ dan ix-xahar, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed jirreċita t-talb ewkaristiku tal-quddies bil-Latin. Waqt l-aħħar ġimgħa t’Awwissu, l-Isqfijiet tal-Iskozja, l-Ingilterra u Wales qassmu miljun kopja tal-edizzjoni speċjali tal-Magnificat, mħejjija apposta għaż-żjara tal-Papa. Din l-edizzjoni speċjali tinkludi kant għall-quddiesa tal-Papa fi Glasgow fis-16 ta’ Settembru, tal-quddiesa f’Londra jumejn wara u tal-quddiesa l-oħra l-għada f’Birmingham… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 11 ta’ Settembru

Luqa 6,43-49

“Ma hemmx siġra tajba li tagħmel frott ħażin, kif anqas ma hemm siġra ħażina li tagħmel frott tajjeb. Kull siġra mill-frott tagħha tingħaraf. Ħadd ma jiġbor it-tin mix-xewk, anqas l-għeneb mill-għolliq. Il-bniedem tajjeb mit-teżor tajjeb ta’ qalbu joħroġ it-tajjeb, u l-bniedem ħażin mit-teżor ħażin tiegħu joħroġ il-ħażin, għax mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm. “Għaliex issejjħuli, ‘Mulej,’ u mbagħad ma tagħmlux dak li ngħid jien? … Kompli aqra »

REAZZJONI GĦAL ‘KORAN BURNING DAY’ – “LE GĦAL KULL FORMA TA’ VJOLENZA”

Il-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Inter-reliġjuż wera tħassib għall-aħbar proposta bit-titlu ‘Koran Burning Day’ fl-okkażjoni tal-anniversarju tal-attakki terroristiċi tal-11 ta’ Settembru 2001 li wasslu għat-telfien ta’ numru kbir ta’ ħajjiet innoċenti. “Dawn l-atti ta’ vjolenza li huma deplorabbli ma jistgħux jiġu ribattiti b’għemil gravi kontra ktieb li hu meqjus sagru minn komunita reliġjuża”, qal il-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Inter-Reliġjuż fi stqarrija għall-istampa.

Kompla l-Kunsill Pontifiċju li “kull reliġjon, bil-kotba sagri, postijiet ta’ qima u simboli rispettivi tagħha, għandha dritt għar-rispett u l-protezzjoni”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 10 ta’ Settembru

Luqa 6,39-42

Qalilhom parabbola: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu m’huwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu. Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Kif tista’ tgħidlu lil ħuk, ‘Ħi, ejja nneħħilek it-tibna li għandek f’għajnek’, meta m’intix tara t-travu li għandek f’għajnek int? Ja wiċċ b’ieħor, neħħi l-ewwel it-travu minn għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa kif tneħħi t-tibna minn għajn ħuk… Kompli aqra »

IL-MESSAĠĠ TA’ L-ARĊISQOF GĦAL JUM IL-VITORJA 2010

Eċċellenza, Sur President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Ħuti,

Din iċ-ċelebrazzjoni ta’ llum tfakkarna f’realta’ storika – it-tmiem tal-Asssedju ta’ Malta fl-1565 u t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija f’dak li għandu x’jaqsam mas-sehem ta’ Malta f’din il-Gwerra, fit-8 ta’ Settembru, 1942.

Aħna niċċelebraw dan il-jum b’żewġ modi. L-ewwel bħala realta’ storika, ċivili, li tfakkarna l-ferħ tal-Poplu tagħna f’din l-okkażjoni, ferħ li kien ifisser li l-Poplu tagħna seta’ jgħix ħajja normali mingħajr it-tbatija, il-biża’ u l-mewt li jiġu mill-gwerer… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 9 ta’ Settembru

Luqa 6,27-38

“Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: “Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu. Agħti lil kull min jitolbok; u min jeħodlok xi ħaġa tiegħek, titlobhilux lura… Kompli aqra »

ATTENTI MINN ĊERTI KUNTATTI FUQ L-INTERNET

L-aħbar li fl-Ingilterra raġel li ltaqa’ ma’ mara fuq l-internet spiċċa stupra lil bintha ta’ 14-il sena, tnissel biżgħa u rabja f’dawk kollha li għandhom il-ġid tas-soċjetà għal qalbhom. Għal darb’oħra, bħal sikkina li tista’ tintuża biex tiekol biha iżda anki biex tolqtol, hekk ukoll dan ir-raġel ħa vantaġġ minn xi ħaġa tajba biex laħaq il-finijiet ta’ moħħu u stupra darba, darbtejn tifla ta’ 14-il sena fid-dar ta’ ommha li wriet fiduċja fih u daħħlitu jgħix magħha… Kompli aqra »

L-ISQOF TA’ PURNEA, INDJA, JILTAQA’ MAL-ARCISQOF CREMONA

Nhar it-Tlieta, 7 ta’ Settembru, 2010, l-Isqof ta’ Purnea fl-Indja, Mons. Angelus Kujur  għamel żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723… Kompli aqra »

JINTAGĦŻEL IS-86 SUĊĊESSUR TA’ SAN DUMINKU

Il-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni tal-predikaturi imwaqqfa ,minn San Duminku, eleġġa fl-aħħar jiem lil Bro. Bruno Cadore bħala l-mexxej il-ġdid tal-Ordni. Elett għal terminu ta’ disa’ snin fil-karigu, huwa qed jieħu post l-Arġentin Bro. Carlos Azpiroz Costa, li ilu mexxej tal-Ordni mis-sena 2001. L-aħħar Franċiż li okkupa din il-kariga kien Bro Vincent de Couesnongle bejn l-1974 u l-1983.

Il-kapitlu ġenerali li beda jiltaqa’ fil-bidu ta’ Settembru hu magħmul minn 127 delegat ġejjin minn kull continent u se jkun qed jaħdem fil-ġimgħatejn li ġejjin fuq linji gwida importanti li se jingħataw lill-Ordni biex jitpoġġew fil-prattika mill-mexxej il-ġdid… Kompli aqra »

Annelise Abela tiltaqa’ mal-Papa

Naħseb li għaraft tassew xortija meta lmaħt it-tbissima fuq wiċċ il-Qdusija Tiegħu l-Papa hekk kif dak kollu li kont ippjanajt li ngħid u nsaqsi insejtu u bqajt qisni ssummata.

Li l-Papa laqagħna f’nofsu u wera interess ġenwin biex isir jafna għeni ninduna kemm tassew aħna lkoll importanti għal Alla, kull wieħed minnha f’kull ma nagħmlu. Ftakart kif Alla jixtieq ikun qribna f’kull waqt u jridna naqsmu miegħu n-niket kif ukoll il-ferħ tagħna… Kompli aqra »