Il-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni tal-predikaturi imwaqqfa ,minn San Duminku, eleġġa fl-aħħar jiem lil Bro. Bruno Cadore bħala l-mexxej il-ġdid tal-Ordni. Elett għal terminu ta’ disa’ snin fil-karigu, huwa qed jieħu post l-Arġentin Bro. Carlos Azpiroz Costa, li ilu mexxej tal-Ordni mis-sena 2001. L-aħħar Franċiż li okkupa din il-kariga kien Bro Vincent de Couesnongle bejn l-1974 u l-1983.

Il-kapitlu ġenerali li beda jiltaqa’ fil-bidu ta’ Settembru hu magħmul minn 127 delegat ġejjin minn kull continent u se jkun qed jaħdem fil-ġimgħatejn li ġejjin fuq linji gwida importanti li se jingħataw lill-Ordni biex jitpoġġew fil-prattika mill-mexxej il-ġdid.

Tabib minn meta beda n-novizzjat, illum ta’ 56 sena, Bro Bruno Cadore kien s’issa l-Provinċjal tad-Dumnikani tal-Provoinċja ta’ Franza. Serva f’din il-kariga fl-aħħar tmien snin wara li kien responsabbli mill-formazzjoni tal-friars żgħażagħ speċjalment f’Lille. Ħadem anki sentejn fil-Ħaiti qabel ma beda l-istudji Dumnikani. Huwa għandu d-Dottorat fit-Teoloġija  u għallem ukoll l-etika bio-medika fl-Universita Kattolika ta’ Lille fejn kien direttur tal-Etika Medika sakemm ngħata l-kariga ta’ Provinċjal fl-2002. Minn Jannar 2008 huwa sar ukoll membru tal-Kunsill Nazzjonali tal-AIDS.

Iktar informazzjoni dwar l-aħbar fuq http://communio.stblogs.org/2010/09/master-of-the-order-of-preache.html