Yearly Archives: 2010

Il-Vanġelu tal-Jum – 4 ta’ Awissu

Mattew 15,21-28

Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon.  U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna !” Iżda hu ma weġibhiex kelma. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna.” Imma hu qalilhom: “Ma ġejtx mibgħut ħlief għan-nagħaġ li ntilfu mid-dar ta’ Iżrael.” Iżda hi resqet, nxteħtet quddiemu u qaltlu: “Għinni, Mulej !” Hu weġibha: “M’hux sewwa tieħu l-ħobż ta’ l-ulied u tixħtu lill-ġriewi.” “Hekk hu, Mulej,” qaltlu,”iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa’ minn fuq il-mejda ta’ sidienhom?” Mbagħad wieġeb Ġesù u qalilha: “Mara, il-fidi tiegħek kbira! … Kompli aqra »

IR-RELIKWIJI TA’ SAN ĠWANN BOSCO FL-AMERIKA ĊENTRALI

Bħalissa fil-Ħonduras u daqt f’El Salvador, ir-relikwiji ta’ San Ġwann Bosco qed iduru mal-komunitajiet fl-Amerika Ċentrali.  Is-sena 2015 se timmarka l-200 anniversarju mit-twelid tiegħu u bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet, ir-relikwiji ilhom f’dan il-vjaġġ minn Ġunju. San Ġwann hu l-fundatur tas-Salesjani u magħruf għall-ħidma tiegħu maż-żgħażagħ.

Urna tal-ħġieġ b’figura life-size tal-qaddis qed tiġbor ir-relikwiji, li jikkonsistu fl-għadam mill-id il-leminija tiegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 3 ta’ Awissu

Mattew 14,22-36

U minnufih Ġesù ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu; id-dgħajsa kienet diġà f’nofs  il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom. Fir-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar. Huma rawh miexi fuq il-baħar u twerwru… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 2 ta’ Awissu

Mattew 14,13-21

Meta sama’ l-aħbar, Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f’post imwarrab. Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet. Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, u fejjqilhom il-morda tagħhom. Xħin sar filgħaxija d-dixxipli tiegħu resqu lejh u qalulu: “Dan post imwarrab, u l-ħin għamel sewwa. Ibgħathom lin-nies, ħa jmorru fl-irħula jixtru x’jieklu.” Imma Ġesù qalilhom: “Ma għandhomx għalfejn imorru; agħtuhom intom x’jieklu.” U huma qalulu: “Hawn ma għandniex ħlief ħames ħobżiet u żewġ ħutiet.” “Ġibuhomli hawn?” qalilhom… Kompli aqra »

IL-PAPA JITLOB GĦAL MIN HU BLA DAR U BLA XOGĦOL

Pope praying

Il-Papa Benedittu XVI matul ix-xahar ta’ Awissu se jkun qed jitlob għal dawk li jinsabu bla dar u bla xogħol, kif ukoll għal kull min jinsab fi ħtieġa urġenti ta’ xi ħaġa.

L-Appostolatura ta’ Talb tal-Papa ħabbret l-intenzjonijiet li huwa għażel għax-xahar t’Awwissu.

L-intenzjoni ġenerali tat-talb tiegħu se tiffoka fuq dawk kollha “li huma mingħajr impjieg jew mingħajr dar jew fil-bżonn sabiex isibu min jifhimhom u jsibu wkoll għajnuna konkreta sabiex jegħlbu d-diffikultajiet tagħhom”… Kompli aqra »

2 – 8 ta’ Awwissu

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Knisja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ Mrs Audrey Borġ u l-familja tagħha li ser jagħmlu xogħol ta’ missjoni fil-Guam, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.
5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kumitat Organizattiv taċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena mill-ftuħ mill-ġdid tal-Knisja ta’ San Duminku, Birgu.
5.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill tal-Union tal-Ħaddiema tal-Banek, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

It-Tlieta

4.00 p.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 1 ta’ Awissu

Luqa 12,13-21

Xi ħadd mill-folla qallu: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi.” “Ħabib?” wieġbu Ġesù,”min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?” Mbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu.” U qalilhom parabbola: “Wieħed raġel għani ġabar kotra ta’ frott mir-raba’ tiegħu. U beda jaħseb u jgħid bejnu u bejn ruħu, ‘X’se nagħmel? … Kompli aqra »

TBEŻBIŻA IEBSA!

L-aħbar din il-ġimgħa li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet favur Alġerin li fetaħ kawża kontra Malta u ordnat li jingħata €12,000 bħala kumpens  minħabba li s-sistema preżenti Maltija naqset li tipproteġih minn perjodu twil u inutli ta’ detenzjoni, hi preokkupanti u fil-fehma tagħna għandha almenu sservi biex b’mod oġġettiv ikunu riveduti l-kundizzjonijiet li jgħixu fihom ħafna mill-immigranti irregolari li jinsabu f’pajjiżna, barra s’intendi l-kunċett kollu tad-detenzjoni fih innifisu… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JORDNA LIL DUN LLEWELLN MUSCAT O.P. PRESBITERU

Nhar il-Ħamis, 27 ta’ Lulju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa li fiha jordna lir-Rev. Llewellyn Muscat O.P. bħala presbiteru fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku, Valletta. Jikkonċelebraw mal-Arċisqof kien hemm it-tliet Isqfijiet Maltin: l-Isqof Emeritus Guzeppi Merċieca, il-Vigarju Ġenerali Mons. Annetto Depasquale u l-Vigarju Appostoliku ta’ Benghasi, Libya Mons. Sylvester Magro O.F.M. flimkien ma reliġjuzi u Qassisin Djoċesana.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 31 ta’ Lulju

Mattew 14,1-12

Kien dik il-ħabta li Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù, u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih?” Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu. Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha.” Ried kieku joqtlu, imma kien jibża’ min-nies, għax kienu jżommuh  bi profeta… Kompli aqra »