Yearly Archives: 2010

Il-Vanġelu tal-Jum – 18 ta’ Dicembru

It-Tieni Jum – Novena tal-Milied

Mattew 1,18-25

It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu  s-Santu… Kompli aqra »

ID-DISKORS TAL-ARĊISQOF FL-OKKAŻJONI TA’ ‘MILIED FLIMKIEN’

Nhar il-Ħamis, 16 ta’ Diċembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa għall-istudenti tal-iskejjel bħala parti mill-attivitajiet ‘Milied Flimkien’, fil-Konkattidral ta’ San Ġwann.

Messaġġ tal-Arċisqof lill-istudenti:

Għeżież Tfal,

Jiddispjaċini li din is-sena ma nistax inkun magħkom biex nagħmlu laqgħa madwar Ġesu’,  fl-Ewkaristija, parti mill-Kampanja ‘Milied Flimkien’. Dan għaliex jiena ma niflaħx: għandi d-deni. Ma tafx kontux tafu li anki aħna l-Isqfijiet nistgħu nimirdu! … Kompli aqra »

IL-PAPA JGĦID LI N-NUQQAS TA’ LIBERTA RELIĠJUŻA HU THEDDIDA GĦAS-SIGURTA

Pope Benedict XVI

Theddid fuq il-liberta reliġjuża hu theddid fuq il-paċi u s-sigurta madwar id-dinja kollha, kif ukoll fuq it-tkabbir u l-iżvilupp uman awtentiku. Il-Papa qal li “il-liberta reliġjuża hi arma awtentika ta’ paċi” li tindokra l-kwalitajiet umani li jistgħu jagħmlu d-dinja aħjar.

Dan hu l-messaġġ ewlieni li l-Papa qed iwassal fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Paċi li jitfakkar fl-1 ta’ Jannar 2011. Il-messaġġ tal-Papa Benedittu XVI, tradott f’lingwi Ewropej, fl-Għarbi u fir-Russu, twassal lill-mexxejja tad-dinja mill-ambaxxaturi  tal-Vatikan… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 17 ta’ Dicembru

L-Ewwel Jum – Novena tal-MiliedMattew 1,1-17

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham. Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram, Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon, Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaz nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse, Ġesse nissel lil David, is-sultan… Kompli aqra »

PAĊI FL-ART…L-EWWEL F’ĠERUSALEM…

Cardinal Peter Turkson

Il-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi qed jitlob għall-paċi fid-dinja u li tibda minn Ġerusalem. Il-Kardinal Peter Turkson kiteb dan fil-messaġġ tiegħu għat-tielet Jum Internazzjonali għall-Paċi fl-Art Imqaddsa. L-Isqof Mario Toso, segretarju tad-dekasteru, ukoll iffirma n-nota.

L-inizjattiva ta’ talb, organizzata minn diversi assoċjazzjonijiet kattoliċi taż-żgħażagħ, se ssir bejn id-29 u t-30 ta’ Jannar li ġej. L-attivita annwali bdiet fl-2009, meta nsara minn madwar 500 belt minn madwar id-dinja kollha ngħaqdu flimkien għal talb komuni għall-paċi… Kompli aqra »

95 SENA MILL-ORDINAZZJONI SAĊERDOTALI TAL-ISQOF EMANUEL GALEA

Għall-familji kollha u għan-nies tal-Parroċċa hija ġurnata ta’ ferħ l-aktar kbir l-ordinazzjoni saċerdotali ta’ xi wieħed minn uliedha. Aħna nifirħu wkoll meta nfakkru din il-ġurnata kull sena.  Illum qegħdin nistednukom biex tifirħu magħna u ma’ dawk kollha li huma membri ħajjin ta’ pajjiżna biex infakkru jum l-ordinazzjoni saċerdotali tal-Qaddej t’Alla l-Isqof Galea.

Huwa kien ġie ordnat saċerdot fil-Katidral tal-Imdina mill-Arċisqof Mauro Caruana fit-18 ta’ Diċembru 1915… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Dicembru

Luqa 7,24-30

Xħin il-messaġġiera ta’ Ġwanni telqu, Ġesù qabad ikellem lin-nies fuq Ġwanni: “Xi ħriġtu taraw fid-deżert? Qasba tixxejjer mar-riħ? Imma intom xi ħriġtu taraw? Raġel liebes l-ilbies fin? Dawk li jilbsu sabiħ, u jgħixu fit-tlellix, fil-palazzi tas-slaten issibhom! Mela għalfejn ħriġtu? Biex taraw profeta? Iva, ngħidilkom, anzi xi ħaġa iżjed minn profeta. Dan hu li fuqu hemm miktub, ‘Ara, jien nibgħat qablek messaġġier tiegħi biex iħejjilek it-triq quddiemek’… Kompli aqra »

MEDJA TA’ 989 KAŻ TA’ ABBUŻ FUQ IT-TFAL FIS-SENA

Bejn l-2007 u l-2009, quddiem l-Aġenzija Appoġġ spiċċaw medja ta’ 989 każ ta’ abbuż fuq it-tfal fis-sena. Fl-2007 l-għadd ta’ każijiet ta’ abbużi fuq it-tfal li kienu riferuti lill-Aġenzija kien ta’ 1,060, waqt li fl-2008 dawn niżlu għal 854. Is-sena li għaddiet, dawn reġgħu żdiedu bi kważi 200, għal total ta’ 1,053. L-Aġenzija Appoġġ għad m’għandhiex ċifri dwar l-għadd ta’ abbużi fuq it-tfal li kienu rrapportati lilha fis-sena li qegħdin fiha… Kompli aqra »