Yearly Archives: 2010

Il-Vanġelu tal-Jum – 10 ta’ Ġunju

Mattew 5,20-26

“Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. “Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari, ‘La toqtolx.’ Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh. Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu, ‘Ġifa’, ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu, ‘Iblah’, ikun ħaqqu n-nar ta’ l-infern… Kompli aqra »

IS-SENA DDEDIKATA LIS-SAĊERDOTI TINTEMM DIN IL-ĠIMGĦA

Year for Priests banner

Saċerdoti minn madwar id-dinja qed jingħaqdu f’Ruma għall-għeluq uffiċjali tas-sena ddedikata lilhom. Is-sena tas-saċerdoti msejħa mill-Papa Benedittu XVI, qed tiġi fi tmiemha bi programm li beda l-Erbgħa u li se jtul sal-Ġimgħa. Is-saċerdoti kollha madwar id-dinja kienu mistiedna għal din l-attivita promossa mill-Kongregazzjoni għall-Kleru bit-tema “Faithfulness of Christ, Faitfulness of Priests”.

Matul il-jum tal-Erbgħa saċerdoti marru l-Bażilika ta’ San Pawl barra s-Swar sabiex jirriflettu fuq il-Konverżjoni u l-Missjoni tagħhom… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 9 ta’ Ġunju

Mattew 5,17-19

“Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-perfezzjoni. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox. Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed  mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet… Kompli aqra »

INSARA INDONESJANI MĦASSBA – F’SENA, 30 KNISJA FIL-MIRA

religious intolerance in Indonesia

Christians in Indonesia are expressing concerns regarding numerous attacks on churches and other signs of religious intolerance.

Theophilus Bela, president of the Jakarta Christian Communication Forum, and secretary general of the Indonesian Committee of Religions for Peace, met with Maria Otero, U.S. Under Secretary of State for Democracy and Global Affairs to discuss these issues.

Bela, a Catholic representative from the committee of religions for peace, told L’Osservatore Romano that he submitted a detailed report for the U.S… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 8 ta’ Ġunju

Mattew 5,13-16

“Intom il-melħ ta’ l-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies. “Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt il-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar… Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR L-EWKARISTIJA – ‘TGĦAQQAD IL-KNISJA’

receiving Eucharist

Il-Papa issottolinea l-importanza tal-Ewkaristija u qal li dawk li jieklu u jixorbu l-ġisem u d-demm ta’ Kristu jikkostitwixxu flimkien il-poplu t’Alla. F’messaġġ lit a waqt il-quddiesa fiċ-ċentru sportive f’Nicosia, li matulha prezentha l-‘instrumentum laboris’ jew aħjar id-dokument ta’ ħidma għall-Assemblea Speċjali tas-Sinodu tal-Isqfijiet għal-Lvant Nofsani li se ssir f’Ruma bejn l-10 u l-24 t’Ottubru li ġej. Diversi patrijarki u Isqfijiet ta’ Lvant Nofsani ħadu sehem fil-quddiesa flimkien ma’ rapprezentanti tal-komunitajiet tagħhom… Kompli aqra »

SEMINAR DWAR IR-RELAZZJONI BEJN IS-SAĊERDOT U L-LAJK

Is-saċerdot u l-lajk: il-kollaborazzjoni u l-korresponsabbilta’ kien is-suġġett  magħżul għal seminar organizzat mis-Segretarjat tal-Lajċi,  li sar il-Ħamis, 3 u l-Ġimgħa, 4 ta’ Ġunju, 2010 f’Gattard House, Blata l-Bajda.

Wara t-talb tal-bidu mmexxi mill-Youth Fellowship,  is-Seminar beda b’introduzzjoni qasira  mis-Sur Joe Farrugia, id-Delegat tal-Arċisqof għal-lajċi.  Fid-diskussjoni li saret wara, ħadu sehem Dr. Stephen Zammit, Ms Vincienne  Debono, l-Imħallef  J. R… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 7 ta’ Ġunju

Mattew 5,1-12

Kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il- muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid: “Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art. Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx  tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin. Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena… Kompli aqra »

7 – 13 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-ewwel laqgħa fil-Katidral, l-iMdina, għal grupp ta’ tfal li se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof din is-sena.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja parrokkjali taż-Żejtun, fl-okkażjoni tal-ħamsin sena minn meta Dr Alex Cachia Zammit inħatar president tal-Għaqda Muzikali Beland, Żejtun.

It-Tlieta

7.05 a.m. L-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ għas-saċerdoti f’Ruma, f’ għeluq is-Sena ddedikata lis-Saċerdot… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 6 ta’ Ġunju

Luqa 9,11-17

Imma l-folol saru jafu u marru warajh. Hu laqagħhom u qagħad ikellimhom fuq is-Saltna ta’ Alla, u fejjaq lil dawk li kienu jeħtieġu l-fejqan. Il-jum kien wasal biex jintemm. Resqu lejh it-Tnax u qalulu: “Ibgħathom in-nies ħa jmorru fl-irħula u r-rziezet tal-qrib biex isibu fejn jistrieħu u jieklu xi ħaġa, għax hawnhekk qegħdin f’post imwarrab.” Iżda hu qalilhom: “Agħtuhom intom x’jieklu.” Qalulu: “Ma għandniex aktar minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, jekk għallinqas ma mmorrux aħna stess nixtru l-ikel għal dawn in-nies kollha?” Għax kien hemm madwar il-ħamest elef raġel… Kompli aqra »