receiving Eucharist

Il-Papa issottolinea l-importanza tal-Ewkaristija u qal li dawk li jieklu u jixorbu l-ġisem u d-demm ta’ Kristu jikkostitwixxu flimkien il-poplu t’Alla. F’messaġġ lit a waqt il-quddiesa fiċ-ċentru sportive f’Nicosia, li matulha prezentha l-‘instrumentum laboris’ jew aħjar id-dokument ta’ ħidma għall-Assemblea Speċjali tas-Sinodu tal-Isqfijiet għal-Lvant Nofsani li se ssir f’Ruma bejn l-10 u l-24 t’Ottubru li ġej. Diversi patrijarki u Isqfijiet ta’ Lvant Nofsani ħadu sehem fil-quddiesa flimkien ma’ rapprezentanti tal-komunitajiet tagħhom. Fosthom, l-Arċisqof Ċiprijott-Ortodoss Krisostmu II. Iċ-ċentru sportive, li jesa 7,000 persuna, kien ippakkjat bin-nies. Ħafna segwew iċ-ċerminja fuq big screens minn barra ċ-ċentru.

Il-Papa esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-opportunita li jaqsam l-Ewkaristija ma’ dawk quddiemu f’Ċipru. Sellem id-diversi komunitajiet li jagħmlu parti mill-popolazzjoni kattolika tal-gzira. Appella wkoll biex dawk entuzjasti bil-prezenza tiegħu u kburin li jagħmlu parti mill-Knsija ta’ Kristu jarrikkixxu il-ħajja u l-qima fil-parroċċi li jappartjenu għalihom. Dan fi kliemu, jgħinhom jiksbu sostenn spiritwali mill-wirt nisrani storiku tal-pajjiz.

Il-Papa tkellem dwar is-solennita tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu, magħrufa aħjar bħala l-festa ta’ Corpus Christi u osserva li fir-riflessjoni dwar l-Ewkaristija “nifhmu iktar fil-fond il-misteru tal-għaqda li jġib flimkien lil dawk kollha li jappartjenu għall-Knisja. Dawk li jieklu minn dan il-ħobz u jixorbu dan l-inbid fiċ-ċelebrazzjoni ewkaristika jinġiebu flimkien bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu”.

Kompla li “kull wieħed minna li jagħmel parti mill-Knisja jeħtieġ iħalli d-dinja magħluqa tal-individwalimu tiegħu u jaċċetta l-għaqda tal-aħwa li jaqsmu flimkien il-ħobz. Ma għandniex naħsbu f’temini ta’ “jien” imma “aħna”.