Yearly Archives: 2010

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Mejju

Mark 11, 11-25

Daħal Ġerusalemm u baqa’ sejjer fit-tempju, ta ħarsa madwaru, u mbagħad, billi kien ġa sar il-ħin, ħareġ biex imur Betanja mat-Tnax. L-għada, kif ħarġu minn Betanja, ħadu l-ġuħ. Mill-bogħod lemaħ siġra tat-tin kollha weraq, u mar jara jsibx xi ħaġa fiha. Imma, kif resaq ħdejha, ma sabilha xejn ħlief weraq, għax it-tin kien għadu m’huwiex żmienu… Kompli aqra »

ĊENTRU TA’ TEOLOĠIJA KATTOLIKA SE JIFTAĦ F’HAMBURG

Hamburg University

Rapporti tal-Vatikan qalu li l-Universita ta’ Hamburg qed tħejji għat-tnedija ta’ ċentru ġdid ta’ Teoloġija Kattolika u pedagoġija tar-reliġjon. L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan irrapporta li fit-18 ta’ dax-xahar, is-Santa Sede u l-belt ta’ Hamburg fil-Ġermanja “ffirmaw ftehim dwar il-ħolqien ta’ dan iċ-Ċentru”. L-Universita ta’ Hamburg għandha Ċentru simili għat-teoloġija protestanta fuq il-kampus.

L-Arċidjoċesi ta’ Hamburg irrappurtat li l-inizjattiva għandha bħala għan li tiżviluppa t-Teoloġija Kattolika fi djalogu ma’ xjenzi oħra, u aspett partikolari taċ-Ċentru se jkun li jippromwovi id-djalogu bejn il-Knisja u l-Istat dwar it-tagħlim tar-Reliġjon u x-Xjenza… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ Mejju

Mark 10, 46-52

U waslu Ġeriko. Hu u ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, binTimew, bilqiegħda mal-ġenb   tat-triq.  Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni !” Kien hemm ħafna li bdew jgħajjtu miegħu biex jiskot imma hu aktar beda jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!” Ġesù waqaf u qal: “Sejjħulu.” Huma sejjħu l-agħma u qalulu: “Agħmel il-qalb! … Kompli aqra »

KOMPETIZZJONI GĦAT-TFAL DWAR IŻ-ŻJARA TAL-PAPA: AKTAR MINN 500 PARTEĊIPANT

It-Tlieta, 25 ta’ Mejju, 2010, il-Kummissjoni Djoċesana Tfal organizzat attivita’ li fiha l-Arċisqof ta’ Malta, Pawlu Cremona, qassam numru ta’ rigali lir-rebbieħa ta’ kompetizzjoni li kienet marbuta maż-żjara f’Malta tal-Papa Benedittu XVI.  Tfal minn 6 sa 12-il sena pparteċipaw f’din il-kompetizzjoni ta’ tpinġija, e-cards u kitba.  Waqt din l-attivita’ ntweriet preżentazzjoni awdjo-viziva li fiha qsamna ħsibijiet u mumenti sbiħ mill-merħba li taw it-tfal lill-Papa Benedittu XVI fi Pjazza San Ġorġ… Kompli aqra »

IR-RELAZZJONIJIET BEJN IS-SANTA SEDE U ISRAEL FIT-TRIQ IT-TAJBA

Israel

Ir-relazzjonijiet bejn is-Santa Sede u Israel ikomplu jieħdu xejra pożittiva fl-aħħar jiem wara laqgħa oħra tal-kummissjoni bilaterali deskritta bħala suċċess.

Il-Kummissjoni bilaterali ta’ ħidma permanenti bejn is-Sanata Sede u l-Istat ta’ Israel iltaqgħet il-Ħamis li għadda “sabiex tkompli negozjati marbuta ma’ Artiklu 10 § 2 tal-Ftehim Fundamentali”, qal komunikat tal-Vatikan.

Il-Ftehim Fundamentali kien iffirmat fit-30 ta’ Diċembru 1993 u kien jistabbilixxi relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ entitajiet… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Mejju

Mark 10, 32-45

Kienu mexjin fit-triq, telgħin lejn Ġerusalemm, u Ġesù kien miexi quddiemhom; u huma kienu mgħaġġbin, u l-oħrajn li kienu mexjin warajhom kienu mbeżżgħin. Raġa’ sejjaħ it-Tnax ħdejh, u beda jgħidilhom x’kien se jgħaddi minn għalih: “Ara, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin  il-kbar u l-kittieba, li jaqtgħuhielu għall-mewt u jerħuh f’idejn  il-pagani; dawn imbagħad jiddieħku bih, jobżqulu fuqu, jagħtuh is-swat u joqtluh, u wara tlitt ijiem iqum mill-mewt.” Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu: “Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna.” “Xi triduni nagħmlilkom?” staqsiehom… Kompli aqra »

INAWGURATA L-ISTATWA ‘MATER DEI’

It-Tlieta, 25 ta’ Mejju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. bierek l-istatwa ta’ ‘Omm Alla’, li tinsab quddiem id-daħla prinċipali tal-Isptar Mater Dei. L-istatwa ġiet inawgurata mill-Ministru tas-Saħħa, Joe Cassar. L-istatwa tirrappreżenta lill-Madonna b’espressjoni ta’ dieqa f’wiċċa, b’turija li qeda taqsam kompassjoni mal-marid waqt li b’ideja qeda tbierek lill-ħaddiema, il-morda u l-familjari tagħom huma u deħlin fl-isptar. Filwaqt li binha Ġesu b’idejh miftuha qiegħed jilqa’ fi ħdanu lil dawk kollha batuti, fid-daħla ta’ l-isptar… Kompli aqra »

AZZJONI KATTOLIKA BI TĦEJJIJA GĦALL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

WYD 2011

Wara l-festa ta’ Pentekoste l-Ħadd li għadda, iż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika bdew tħejjija spiritwali fi tliet stadji għall-Jum Dinji taż-żgħażagħ f’ Madrid fl-2011.

“Huwa l-mument li nibdew pellegrinaġġ spiritwali bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Madrid, billi nippreparaw qalbna u moħħna”, qalet Chiara Finocchietti, Viċi President tal-fergħa Taljana taż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika. “Fiċ-ċentru ta’ din il-mixja inpoġġu t-talb u l-appoġġ lill-qaddisin”.

Mexxejja tal-Azzjoni Kattolika qed jipproponu pellegrinagg spiritwali lejn dawk il-pajjiżi fejn il-grupp huwa attiv… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Mejju

Mark 10, 28-31

Qabeż Pietru u qallu: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk.” Qallu Ġesù: “Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subjien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej… Kompli aqra »

Quddiesa u Purċissjoni Ewkaristika

Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Ġunju, 2010, fil-Katidral tal-Imdina, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P.  se jiċċelebra Quddiesa fis-7.00p.m. Għal din l-attivita’ mistiedna is-saċerdoti u l-lajċi kollha. Wara l-Arċisqof ser imexxa purċissjoni Ewkaristika fit-toroq tal-Imdina u jagħti l-barka sagramentali Ewkaristika minn fuq is-swar. Kulħadd imħeġġeġ jattendi.

Kompli aqra »