It-Tlieta, 25 ta’ Mejju, 2010, il-Kummissjoni Djoċesana Tfal organizzat attivita’ li fiha l-Arċisqof ta’ Malta, Pawlu Cremona, qassam numru ta’ rigali lir-rebbieħa ta’ kompetizzjoni li kienet marbuta maż-żjara f’Malta tal-Papa Benedittu XVI.  Tfal minn 6 sa 12-il sena pparteċipaw f’din il-kompetizzjoni ta’ tpinġija, e-cards u kitba.  Waqt din l-attivita’ ntweriet preżentazzjoni awdjo-viziva li fiha qsamna ħsibijiet u mumenti sbiħ mill-merħba li taw it-tfal lill-Papa Benedittu XVI fi Pjazza San Ġorġ.

Fil-messaġġ tiegħu lit-tfal, l-Arcisqof ħeġġiġhom jibqgħu jgħozzu t-talenti tagħhom u juzawhom sabiex iwasslu dejjem iktar il-valuri nsara.  L-Arċisqof qallhom ukoll sabiex minn eta żgħira japprezzaw il-valur tal-altruizmu.  Finalment, l-Arċisqof talab lil dawk preżenti sabiex jgħozzu l-mumenti sbieħ li qsamna waqt iż-żjara tal-Papa, u biex ikomplu jesperjenzawhom fil-ħajja ta’ kuljum.

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni ngħataw kuruna u poster tal-Papa Benedittu XVI.  Min ġie l-ewwel ingħata wkoll ktieb dwar il-Papa Benedittu XVI.

It-tpinġijiet, e-cards u kitba rebbieħa jinsabu fuq il-website: www.kdt.yolasite.com

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.