ENFASI DWAR IL-VALURI KOMUNI TAL-KATTOLIĊI MAL-BUDDISTI
18/05/2010Cardinal Jean-Louis Tauran
Il-Kunsill Pontifiċju għad-Djalogu Inter-reliġjuż qed jissottolinea l-valuri komuni tal-Kattoliċi u l-buddisti, bħar-rispett lejn in-natura ta’ kull ħaġa, il-kontemplazzjoni, l-umilta, is-sempliċita, il-kompassjoni u l-ġenerożita.
“Nirrikonoxxu li nżommu komuni dawn il-valuri”, qal messaġġ mibgħut mill-Kunsill tal-Buddisti kollha fl-okkażjoni tal-festa ta’ Vesakh. Vesakh hi ċċelebrata f’jiem differenti, skont il-kalendarji użati mid-diversi gruppi Buddisti. Il-festa tfakkar it-twelid, il-ħajja ‘mdawla’ u l-mewt ta’ Buddha… Kompli aqra »