Yearly Archives: 2010

L-Evanġelu tal-Jum – 22 ta’ April

Ġwanni 6, 44-51

Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti, ‘U kulħadd ikun mgħallem minn Alla.’ Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier. Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen għandu l-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »

GRATITUDNI MILL-PAPA GĦAŻ-ŻJARA F’MALTA…IMFAKKAR IL-ĦAMES ANNIVERSARJU MILL-ĦATRA TIEGĦU BĦALA PAPA

Pope in Malta

Il-Papa Benedittu 16 esprima gratitudni kbira lill-awtoritajiet ċivili u ekkleżjastici Maltin u lil dawk kollha li laqgħuH b’mod daqshekk kbir f’Malta.

Waqt l-udjenza ġenerali ta’ nhar t’Erbgħa, il-Papa stqarr li fil-Grotta ta’ S.Pawl hu rringrazzja lil Alla għall-għemejjel abbundanti tal-fidi, Il-qdusija u ż-żelu missjunarju li l-predikazzjoni tal-Appostlu ġabet fil-Gżejjer Maltin.  Il-viżjoni nisranija, b’għeruq profondi fil-ħajja u l-kultura Maltija, qal il-Papa, tkompli toffri ispirazzjoni biex jintlaħqu l-isfidi soċjali u morali kbar taż-żminijiet tal-lum… Kompli aqra »

‘IL-BIBJA U IL-MESSAĠĠ TAGĦHA’ KORSIJIET ĠODDA

L-Għaqda Biblika Maltija qed torganizza 6 korsijiet ġodda fuq il-Bibbja bejn Mejju u Ġunju 2010.  L-għan ta’ dawn il-korsijiet huwa li min jattendi għalihom ikun jista’ jaqra u jifhem il-Bibbja u l-messaġġ tagħha aħjar u b’mod tajjeb.

It-temi tal-korsijiet huma varjati ħafna biex jilħqu l-interess ta’ kulħadd.  Il-lecturers huma persuni esperti fis-suġġetti li se jgħallmu.

Il-korsijiet isiru filgħaxija bejn is-6.00 u s-7.30 p.m… Kompli aqra »

FACEBOOK PENALIZZATA GĦAL RITRATT OFFENSIV TA’ ISQOF FRANĊIŻ

Facebook

Is-sit internet Facebook riċentament kien penalizzat talli ppermetta li jintefa fuqu ritratt offensiv ta’ Isqof Franċiż li lanqas biss hu membru msieħeb ta’ Facebook.

Il-Konferenza episkopali Franċiża qalet fuq is-sit tagħha tal-internet li “mit-23 ta’ Frar, l-Isqof Herve Giraud, assista għal ritratt tiegħu fuq il-Facebook fuq l-intenet, liema ritratt kien akkumpanjat minn kliem indiċenti”. Ikkonfermat li lanqas ma biss ma hu membru ta’ dan is-sit… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 21 ta’ April

Ġwanni 6, 35-40

Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil għatx. Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux. Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ‘il barra; għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni… Kompli aqra »

19 – 25 ta’ April

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

12.30 p.m. L-Arċisqof jindirizza Konferenza Stampa dwar iż-Żjara tal-Papa, f’Malta.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Seminaristi, jiċċelebra Quddiesa u jibqa’ magħhom għall-ikel, fis-Seminarju, tal-Virtu.

It-Tlieta

8.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal- E.T. Ulla Gudmundson, Ambaxxatur ta’ l-Isvezja fil-Kurja.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi il-Konferenza Episkopali… Kompli aqra »

VOKAZZJONIJIET SAĊERDOTALI ĠODDA RIŻULTAT TA’ SFORZ TA’ KOLLABORAZZJONI

priestly vocations

Evidenza minn studju li sar ma’ kandidati għall-ordinazzjoni saċerdotali dis-sena turi li l-vokazzjonijiet huma riżultat tal-kollaborazzjoni tal-kleru, tal-familji u  tal-poplu sħiħ ta’ Alla.

Il-konferenza episkopali Aemrikana irrappurtat fil-jiem li għaddew dwar il-proġett annwali ta’ riċerka ikkummisjonat minnha u mwettaq miċ-Ċentru tar-riċerka applikata fl-Appostolat fi ħdan l-Universita. Il-proġett kellu t-titlu “The Class of 2010: Survey of Ordinands to the Priesthood”.

Il-Kardinal Sean O’Malley ta’ Boston, Chairman tal-Kumitat għall-Kleru, il-Ħajja Kkonsagrata u l-Vokazzjonijiet fi ħdan l-istess Konferenza Episkopali qal li ħafna mill-ordinandi ilhom fit-twemmin kattoliku sa mit-twelid… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum -20 ta’ April

Ġwanni 6,30-35

Qalulu: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub, ‘Tahom jieklu ħobż mis-sema.’?” Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja.” “Sinjur?” qalulu huma,”agħtina dejjem minn dan il-ħobż.” Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum -19 ta’ April

Gwanni 6,22-29

L-għada, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr. Iżda n-nies, meta raw li fuqhom la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù… Kompli aqra »

GĦOTJA TA’ 35,000 EWRO LILL-PAPA GĦALL-VITTMI F’HAITI

L-Isqfijiet Maltin jixtiequ jirringrazzjaw lill-poplu ta’ dawn il-Gżejjer għas-sehem tagħhom fl-Ewkaristija, madwar il-Qdusija tiegħu l-Papa, fuq il-Fosos tal-Furjana, kif ukoll dawk li segwew permezz tal-mezzi tax-xandri. Il-folla kbira ta’ nies miġbura minkejja li l-ġurnata bdiet bix-xita turi li Ġesu’ Kristu Hu fil-qalb tal-poplu tagħna.

F’din l-okkażjoni l-Isqfijiet offrew lill-Papa f’isem kulħadd, għotja ta’ €35,000, għall-vittmi tat-terremot ta’ Ħaiti miġbura mill-insara tad-Djoċesijiet ta’ Malta u Għawdex… Kompli aqra »