Yearly Archives: 2010

L-Evanġelu tal-Jum – 7 ta’ April

Luqa 24, 13-35

Dak in-nhar stess ġara li tnejn minnhom kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi sittin stadju bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kull ma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom. Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh. U hu qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom intom u miexja?” U huma waqfu, b’ħarsa ta’ niket fuq wiċċhom… Kompli aqra »

PELLEGRINAĠĠ PAWLIN BI TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA

Bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa f’Malta, nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ April, se jsir Pellegrinaġġ Nazzjonali bis-sehem taż-żewġ djoċesi, Malta u Għawdex.  Il-pellegrinaġġ jibda minn ]dejn id-dar tal-Irtir ta’ Mt St Joseph, f’Tarġa Gap fis-6.15pm u jintemm b’ċerimonja qasira fil-pjazza ta’ quddiem is-Santwarju ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, f’San Pawl il-Baħar. Matul iċ-ċerimonja titqabbad ħuġġieġa simbolika, jinqara r-rakkont tan-Nawfraġju mill-Atti tal-Appostli u jsir it-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija bħala stqarrija tal-fidi li ġabilna l-Appostlu Missierna.  … Kompli aqra »

MESSAĠĠ TA’ L-ARĊISQOF GĦALL-GĦID IL-KBIR

“Rajt lill-Mulej”

Kienet l-aħbar li Marija Maddalena tat lill-appostli f’dak il-Jum ta’ elfejn sena ilu. Kien l-iktar mod komuni kif il-bnedmin setgħu jagħtu l-aħbarijiet lil xulxin: bil-fomm!

Ġesu’ Rxoxt kellu modijiet oħra. Bħala dak li rxoxta ma ħalliiex f’idejn l-appostli biss biex jgħaddu din l-aħbar lil xulxin. Hu stess personalment beda jgħaddi din l-aħbar għaliex kien irxoxta. San Pawl jirrakonta id-dehra ta’ Ġesu’ rxoxt lil bosta nies, ibda minn Kefa (ara I Kor 15,5-8)… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 6 ta’ April

Gwanni 20, 11-18

Iżda Marija baqgħet ‘il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù. Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?” Hi wieġbet: “Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh.” Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet ta’ Jum iż-Żgħażagħ

Il-Ħadd 28 ta’ Marzu, l-Arċidjocesi ta’ Malta ngħaqdet mal-kumplament tal-Knisja Kattolika biex tiċċelebra Jum iż-Żgħazagħ. L-attivitajiet bdew b’pellegrinaġġ bir-roti mill-parroċċa ta’ Haż-Żabbar sal-Parroċċa taż-Żejtun, fejn saret iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum iż-Żgħazagħ. Dan il-pellegrinaġġ sar biex jakkumpanja il-mixja li qed issir permezz tar-replika tas-salib u l-ikona li jintużaw fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Peress li din is-sena hija s-sena ddedikata lis-saċerdoti, fit-tieni parti ta’ l-attivita’ ġew organizzati numru ta’ workshops li fihom iż-żgħażagħ kellhom l-opportunita`li jiltaqgħu ma saċerdoti li jaħdmu f’oqsma relatati maż-żgħażagħ bħalma huma: il-parroċċi, l-iskejjel u ż-żgħażagħ li jinsabu f’mixja għas-saċerdozju… Kompli aqra »

WIRJA DWAR IL-PAPIET

Nhar it-Tnejn, 5 ta’ April, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremon OP flimkien ma’ Mons. Tommaso Caputo, Nunzju Appostoliku ta’ Malta, attendew għall-inawgurazzjoni ta’ wirja li ġġib l-isem “Minn Benedittu sa Benedittu” fis-Sala Pardo fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, il-Belt Valletta.

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin,  l-Onor. Dr Tonio Borg inawgura din il-wirja.  Ir-ritratti li ġew eżibiti ġew meħuda mill-ħajjiet tal-Papiet Benedittu XV, Piju XI, Piju XII, Ġwanni XXIII, Pawlu VI, Ġwanni Pawlu I, Ġwanni Pawlu II u Benedittu XVI, u sa tkun miftuħa għall-pubbliku bla ħlas matul il-ġranet tax-xogħol mis-6 sal-15 t’April… Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONI TAL-GĦID FIL-PALAZZ TAL-PRESIDENT

Nhar il-Ħadd, 4 ta’ April, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa fil-Palazz tal-President fl-okkażjoni ta’ l-ewwel Anniversarju mill-ħatra ta’ l-Eċċellenza Tiegħu, l-President ta’ Malta.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

DOKUMENTI TAS-SANTA SEDE MIT-TIENI GWERRA DINJIJA… ISSA ONLINE

Il-Vatikan ħabbar li dokumenti uffiċjali li jikkostitwixxu firxa ta’ iktar minn 40 sena huma issa aċċessibbli online. Il-ġabra sħiħa ta’ Actae Sanctae Sedis u l-Atti tas-Santa Sede bejn l-1865 u l-2007 magħrufa bħala l-Acta Apostolicae Sedis, issa huma aċċessibbli fuq l-internet f’format pdf.  Aċċessibbli wkoll hija kollezzjoni ta’ volume sħaħ ta’ Atti minn żmien it-tieni gwerra dinjija, ippubblikati b’ordni ta’ Pawlu VI fl-1965, editjati minn grupp speċjalizzat ta’ erba’ Ġiżwiti storiċi… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 5 ta’ April

Mattew 28, 8-15

Dawk telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża’ u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu. U ara, ltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom: “Is-sliem għalikom.” Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. Mbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk.”Huma u sejrin, xi wħud mill-għases marru l-belt għand il-qassisin il-kbar u tawhom l-aħbar ta’ kull ma kien ġara… Kompli aqra »

5 – 11 ta’ April

It-Tnejn

8.00 p.m. L-Arċisqof ikun il-mistieden għall-ikel tal-Kan. Simon Goffrey, Kanċillier tal-Pro-Katidral ta’ San Pawl, Valletta.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi ċ-ċerimonja ta’ l-għoti tal-unur Care Malta Award, f’Casa Arkati, Mosta.

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq Radju Marija.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-Old Girls tasSorijiet tas-Sacred Heart fil-ftuħ tal-Kungress Internazzjonali tagħhom f’Malta… Kompli aqra »