Nhar it-Tnejn, 5 ta’ April, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremon OP flimkien ma’ Mons. Tommaso Caputo, Nunzju Appostoliku ta’ Malta, attendew għall-inawgurazzjoni ta’ wirja li ġġib l-isem “Minn Benedittu sa Benedittu” fis-Sala Pardo fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, il-Belt Valletta.

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin,  l-Onor. Dr Tonio Borg inawgura din il-wirja.  Ir-ritratti li ġew eżibiti ġew meħuda mill-ħajjiet tal-Papiet Benedittu XV, Piju XI, Piju XII, Ġwanni XXIII, Pawlu VI, Ġwanni Pawlu I, Ġwanni Pawlu II u Benedittu XVI, u sa tkun miftuħa għall-pubbliku bla ħlas matul il-ġranet tax-xogħol mis-6 sal-15 t’April.