Il-Ħadd 28 ta’ Marzu, l-Arċidjocesi ta’ Malta ngħaqdet mal-kumplament tal-Knisja Kattolika biex tiċċelebra Jum iż-Żgħazagħ. L-attivitajiet bdew b’pellegrinaġġ bir-roti mill-parroċċa ta’ Haż-Żabbar sal-Parroċċa taż-Żejtun, fejn saret iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum iż-Żgħazagħ. Dan il-pellegrinaġġ sar biex jakkumpanja il-mixja li qed issir permezz tar-replika tas-salib u l-ikona li jintużaw fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Peress li din is-sena hija s-sena ddedikata lis-saċerdoti, fit-tieni parti ta’ l-attivita’ ġew organizzati numru ta’ workshops li fihom iż-żgħażagħ kellhom l-opportunita`li jiltaqgħu ma saċerdoti li jaħdmu f’oqsma relatati maż-żgħażagħ bħalma huma: il-parroċċi, l-iskejjel u ż-żgħażagħ li jinsabu f’mixja għas-saċerdozju. L-attivitajiet ġew fi tmiemhom b’konċelebrazzjoni solenni li tmexxiet mill-Arċisqof. Il-Quddiesa kienet annimata miċ-Żejtun Youth Mass u mil-band Heartbeat.