Yearly Archives: 2010

L-Evanġelu tal-Jum – 17 ta’Marzu

Ġwanni 5,17-29

Imma Ġesù qalilhom: “Missieri għadu jaħdem sa issa; mela naħdem jien ukoll.” U minħabba f’hekk il-Lhud wisq iżjed minn qabel bdew ifittxu li joqtluh, mhux biss għax kien jikser is-Sibt, imma wkoll għax lil Alla kien jgħidlu Missieru u jqis ruħu daqs Alla. Ġesù qabad u qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom li l-Iben ebda ħaġa ma jista’ jagħmel minn rajh jekk ma jarax lil Missieru jagħmilha; għax il-ħwejjeġ li jagħmel il-Missier, jagħmilhom l-Iben ukoll, bħalu… Kompli aqra »

IL-PAPA LIS-SUDAN : IL-PAĊI TEĦTIEĠ L-ELIMINAZZJONI TAL-KORRUZZJONI U L-INĠUSTIZZJI

Pope Benedict XVI

Il-korruzzjoni, it-tensjonijiet etniċi, l-indifferenza u l-inġustizzja għandhom ikunu indirizzati bil-għan li tinkiseb il-paċi tant mixtieqa fis-Sudan. Il-Papa Benedittu XVI wassal dan il-messaġġ lill-Isqfijiet tal-pajjiż.

“Trattati u bosta ftehim, passi indispensabbli fil-binja tal-proċess ta’ paċi, iħallu l-frott biss jekk ikunu ispirati u akkompanjati minn eżerċizzju ta’ tmexxija matura u moralment motivata”, qal il-Papa meta ltaqa’ mal-Isqfijiet tas-Sudan fi tmiem iż-żjara tagħhom fil-Vatikan… Kompli aqra »

MĦABBRA D-DETTALJI DWAR IT-TRAĠITT BIL-BAĦAR TAL-PAPA FIL-PORT IL-KBIR

Nhar it-Tlieta, 16 ta’ Marzu, 2010, il-Kumitat Organizzativ taż-żjara tal-Papa ta d-dettalji dwar l-attivita’ tal-Kalkara u t-traġitt bil-baħar li l-QT il-Papa XVI se jagħmel nhar il-Ħadd 18 ta’ April, mix-Xatt tal-Kalkara sal-Valletta Waterfront fejn se ssir attivita’ għaż-żgħażagħ. Is-sidien tad-dgħajjes ġew mistiedna jieħdu sehem f’din l-attivita’ billi jeskortaw lill-Papa li se jkun qed jaqsam mill-Kalkara lejn il-Valletta Waterfront abbord catamaran.

Għal aktar informazzjoni dwar iż-żjara tal-Papa żur is-sit: www.popemalta.org

L-ARĊISQOF JITLOB SKUŻA LIT-TFAL EMIGRANTI LI SFAW VITTMI TA’ ABUŻ

Nhar il-Ħadd, 15 ta’ Marzu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-Konkattidral ta’ San Ġwann fl-okkażjoni tal-Konvenzjoni tal-Emigranti. Wara l-Arċisqof attenda għall-ftuħ tal-‘Convention Exchange’ fejn għamel indirizz lil dawk preżenti:

Insellmilkom u f’isem il-Knisja li tinsab f’Malta u Għawdex nixtieq nagħtikom il-merħba f’dawn il-gżejjer. Il-preżenza tagħna, li bqajna ngħixu l-missjoni tagħna f’Malta, u tagħkom li għextu l-missjoni tagħkom f’pajjiżi oħra twessagħlna l-orizzonti tar-realta’ ta’ x’jiġifieri tkun ‘Malti’… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 16 ta’ Marzu

Ġwanni 5,1-16

Wara dan, il-Lhud kellhom festa, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. F’Ġerusalemm, maġenb il-menqgħa tal-Bieb tan-Nagħaġ, hemm bini b’ħames loġoġ, li bil-Lhudi jgħidulu Betzata. F’dawn il-loġoġ kienet toqgħod kotra ta’ morda, għomja, zopop u mifluġin. U kien hemm raġel li kien ilu tmienja u tletin sena marid. Ġesù rah qiegħed hemm, u meta sar jaf li kien ilu marid dak iż-żmien kollu qallu: “Trid tfiq?” “Sinjur?” wieġbu  l-marid,”ma għandix min jitfagħni fil-menqgħa xħin jitqanqal l-ilma, għax waqt li nkun sejjer jien ħaddieħor jinżel qabli.” Qallu Ġesù: “Qum, aqbad friexek u imxi?” Minnufih dak ir-raġel fieq, qabad friexu u beda miexi… Kompli aqra »

IL-PAPA JŻUR LIL-LUTERANI BIEX JIPPROMWOVI L-GĦAQDA

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI żar Knisja Luterana f’Ruma bil-għan li jippromwovi l-għaqda billi jenfasizza l-modi li permezz tagħhom il-kattoliċi u nsara oħra jistgħu jagħtu xhieda ta’ Kristu.

F’servizz bil-ilsien Ġermaniż, li bih kemm il-Papa kif ukoll il-pastor Ġermaniż indirizzaw l-omelija tagħhom, Benedittu XVI afferma “nisimgħu ħafna lmenti dwar il-fatt li mhemmx żviluppi fil-qasam ekumeniku, pero jrid jingħad b’sens ta’ apprezzament u gratitudni, li kien hemm diġa elementi ta’ għaqda”… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 15 ta’ Marzu

Ġwanni 4,43-54

Wara dawk il-jumejn Ġesù telaq minn hemm lejn il-Galilija; għax Ġesù stess xehed li profeta ma għandux ġieħ f’pajjiżu. Mela meta wasal il-Galilija, il-Galilin laqgħuh tajjeb billi lkoll raw kull ma kien għamel f’Ġerusalemm f’jum il-festa, għax huma wkoll kienu marru għall-festa. U raġa’ ġie f’Kana tal-Galilija, fejn kien biddel l-ilma fi nbid. Issa f’Kafarnahum kien hemm uffiċjal tas-sultan u kellu lil ibnu marid… Kompli aqra »

15 – 21 ta’ Marzu

It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom  għall-ikel, fis-Seminarju tal-Virtu.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm fuq Radju RTK.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan tal-Mellieħa dwar iż-Żjara Pastorali.

L-Erbgħa

9.30 a.m… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JIKKUNDANNA ATTENTATI TAL-MEDIA ĠERMANIŻA BIEX JORBTU L-PAPA MA’ ALLEGAT ABBUŻ TAT-TFAL

Pope Benedict XVI

Il-Vatikan ikkundanna attentati li għamlet il-media Ġermaniża biex torbot il-Papa Benedittu XVI ma’ allegat każ ta’ abbuż fuq it-tfal f’pajjiżu, il-Ġermanja. Intant, il-Malti Monsinjur Charles Scicluna, li huwa l-uffiċjal tal-Vatikan inkarigat mill-prosekuzzjoni ta’ qassisin li jkunu allegatament mixlija b’abbużi sesswali, kiteb fil-gazzetta Taljana L’ Avvenire li l-akkużi dwar il-Papa Benedettu huma foloz u mimlija kalunji.

Monsinjur Scicluna kompla jgħid li l-Kardinal Ratzinger, qabel ma laħaq Papa, minn dejjem wera għaqal u pożizzjoni ferma fil-mod kif kien imexxi l-każi ta’ abbużi… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 14 ta’ Marzu

Luqa 15, 1-32

Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom?” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Iż-żgħir qal lil missieru, ‘Missier, agħtini s-sehem li jmiss lili mill-ġid.’ U dak qassmilhom il-ġid. Ma kinux għaddew wisq ġranet, meta ż-żgħir sarr kollox u telaq minn beltu lejn pajjiż imbiegħed, u hemmhekk berbaq ġidu kollu f’ħajja mtajjra… Kompli aqra »