Yearly Archives: 2010

NUMRU KBIR TA’ MALTIN ĦONQU IT-TOROQ TA’ SENGLEA GĦALL-PELLEGRINAĠĠ TAR-REDENTUR

Nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Marzu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa il-pellegrinaġġ penitenzjali tar-Randan bl-istatwa mirakuluza ta’ Ġesu’ Redentur, liema statwa tgawdi minn devozzjoni kbira. Eluf ta’ Maltin u Għawdxin attendew għal dan il-pellegrinaġġ. Wara id-dħul tal-vara fil-Bażilika ta’ Senglea, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

‘M’INTIX NORMALI…’ IRĠIEL U NISA VITTMI TA’ ABBUŻ F’RELAZZJONIJIET ‘INTIMI’

“Jekk narak tkellem lil raġel ieħor nifqagħlek wiċċek”. “Min iridek?” “M’intix normali… kieku inti raġel normali jkollok x’taqsam miegħi”. “Jekk ma noħroġx miegħek jien min tridu jiġbrok?” “Kemm int maħmuġ…” “Riħa ta’ annimali”…

Dawn huma biss uħud minn ħafna frażijiet ta’ abbuż li qalgħu mingħand ‘il-maħbubin’ tagħhom żgħażagħ ta’ etajiet differenti li tkellmu ma’ IL-ĠENSILLUM online fl-aħħar ġimgħat.

L-abbuż fir-relazzjonijiet ‘intimi’ jew aħjar relazzjonijiet bejn koppja li qed joħorġu flimkien, fi stadji differenti tar-relazzjoni li tista’ twassal għal żwieġ huma aktarx iżjed frekwenti milli naħsbu… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IL-PBS

Nhar il-Ħamis, 11 ta’ Marzu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. żar l-istudios tal-PBS fi G’Mangia fejn iltaqa mac-Chairman, mal-bord tad-diretturi, mal-management u l-istaff tal-istazzjon nazzjonali tar-radju u t-telvizjoni. Matul iż-żjara l-Arċisqof iddawwar mal-bini fejn iltaqa’ mal-ħaddiema ndividwalment. L-Arċisqof iċċelebra Quddiesa f’wieħed mill-istudios. Fil-messaġġ tiegħu huwa tkellem dwar l-irwol importanti tal-media u r-responsabilita’ li għandhom dawk li jaħdmu f’dan il-qasam minħabba l-impatt li l-media kapaċi tħalli fuq is-soċjeta’… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 13 ta’ Marzu

Luqa 18,9-14

Kien hemm uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti u kienu jmaqdru lill-oħrajn. Ġesù qalilhom din il-parabbola:”Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu. Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f’qalbu, ‘O Alla, niżżik ħajr li m’iniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il-pubblikan. Jiena nsum darbtejn fil-ġimgħa u nħallas l-għexur ta’ kull ma ndaħħal.’ Iżda l-pubblikan, bilwieqfa fil-bogħod anqas biss ried jerfa’ għajnejh lejn is-sema, imma beda jħabbat fuq sidru u jgħid: ‘O Alla, ħenn għalija, għax jien midneb!’ Ngħidilkom jien li dan, u mhux l-ieħor, niżel id-dar iġġustifikat… Kompli aqra »

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ IKOMPLU IL-MIXJA TAGĦHOM BIS-SALIB U L-IKONA

Nhar il-Ħadd , 7 ta’ Marzu, 2010, l-attivitajiet taż-żgħażagħ bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa komplew fil-parroċċa tal-Iklin. L-attivita’ bdiet b’mixja simbolika bis-Salib u l-Ikona replika ta’ dawk li jintuzaw fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ u kompliet b’Quddiesa animata miż-żgħażagħ.

Iż–żgħażagħ prezenti qalu li “l-miġja tal-Papa għandha tkun waħda li terġa twasslilna l-aħbar it-tajba għaż-żminjiet tal-lum indirizzata lil dawk kollha li verament qegħdin ifittxu b’impenn li jkunu membri sħaħ fil-Knisja Kattolika”… Kompli aqra »

TISĦIĦ TAŻ-ŻWIEĠ B’SERJE TA’ KONFERENZI FUQ L-INTERNET

Married person participating in online conference

Dan ix-xahar koppji qed jiġu offruti l-opportunita jsaħħu ż-żwieġ tagħhom di djarhom stess f’serje li tikkumbina t-tagħlim tal-Papa Ġwanni Pawlu II mal-esperjenza tal-psikoloġija klinika.

L-Istitut għall-fejqan fiż-żwieġ, immexxi mill-psikjatra kattoliku Richard Fitzgibbons, fis-27 jum ta’ dax-xahar se jibda l-ewwel serje ta’ seminars bla ħlas u li jingħataw online, għalhekk imsejħa webinars. It-tema ta’ din is-serje hi THE ANGRY SPOUSE… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 12 ta’ Marzu

Mark 12,28-34

Wieħed mill-kittieba semagħhom jitlewwmu bejniethom, u, meta ra kemm Ġesù kien weġibhom tajjeb, resaq fuqu u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa

l-ewwel?” Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha. U t-tieni hu dan: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek… Kompli aqra »

IL-PAPA JISĦAQ FUQ ID-DJALOGU MAL-PENITENT FUQ L-EŻEMPJU TAL-KURAT T’ARS

Sacrament of Reconciliation

Qabel ma wieħed jitkellem dwar “it-telfa tas-sens tad-dnub” u “l-kriżi tas-Sagrament tal-Qrar” hemm il-ħtieġa li wieħed jitkellem u jistabbilixxi “id-djalogu tas-salvazzjoni” mal-penitenti fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Maria Vianney, magħruf bħala l-Kurat t’Ars. Dan iwassal biex iżjed nies jersqu iktar spiss lejn il-konfessjonarji.

Il-Papa Benedittu XVI għamel din l-istedina lill-parteċipanti ta’ kors promoss mill-Penitanzjarju Pontifiċju li ltaqgħu f’udjenza miegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 11 ta’ Marzu

Luqa 11,14-23

Ġesù kien qiegħed ikeċċi xitan, li kien imbikkem. Meta x-xitan ħareġ, l-imbikkem tkellem, u n-nies stagħġbu. Iżda xi wħud minnhom qalu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten.” Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema. Iżda hu ntebaħ x’kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra. Jekk ix-Xitan ukoll hu kontra tiegħu nnifsu, kif se żżomm wieqfa s-saltna tiegħu? … Kompli aqra »