Yearly Archives: 2010

100 PARROĊĊI ANGLIKANI TRADIZZJONALISTI IFITTXU LI JINGĦAQDU FI ĦDAN IL-KNISJA KATTOLIKA

vatican

Madwar 100 parroċċa Anglikana Tradizzjonalista fl-Istati Unit ital-Amerika iddeċiedew li jingħaqdu bħala grupp fi ħdan il-Knisja Kattolika. F’laqgħa f’Orlando, l-Isqfijiet tal-Knisja Anglikana fl-Amerika ivvutaw favor li jfittxu li jsiru parti mill-Knisja Kattolika taħt il-linji gwida stabbiliti mill-Papa Benedittu XVI permezz tal-Kostituzzjoni Appostolika “Anglicanorum Coetibus” (li tfisser “Gruppi ta’ Anglikani”).

Il-Knisja Anglikana fl-Amerika hi parti mill-Komunjoni Anglikana Tradizzjonali, grupp ta’ knejjes li sseparaw mill-Komunjoni Anglikana dinjija fl-1991… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 10 ta’ Marzu

Mat 5,17-19

“Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-perfezzjoni. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox. Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed  mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet… Kompli aqra »

ID-DIRETTUR TAL-UFFIĊĊJU STAMPA TAL-VATIKAN DWAR L-ABBUŻI SESSWALI: MEĦTIEĠA PERSPETTIVA USA’

Fr Federico Lombardi

Fi stqarrija maħruġa mid-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, ngħata x-xenarju tal-Knisja fir-rigward tal-ġrajjiet karatterizzati minn abbużi sesswali minn membri tal-kleru… Motivazzjoni għall-Knisja sabiex twieġeb. Dan waqt li x-xenarju jittieħed f’perspettiva usa’ li jkun iħares lit-tfal u ż-żgħażagħ mill-abbuż sesswali f’soċjeta sħiħa.

Dan fid-dawl ta’ investigazzjonijiet li kienu għaddejjin fuq istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u individwi f’pożizzjoni ta’ responsabbilta fi ħdan il-Knisja fl-Irlanda, kif ukoll fl-aħħar ġimgħat, fil-Knisja f’ċerti pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 9 ta’ Marzu

Mat 18,21-35

Mbagħad Pietru resaq lejh u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?” “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet,” wieġbu Ġesù, “imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent… Kompli aqra »

ISQFIJIET IĦEJJU GĦALL-ELEZZJONIJIET FIR-RENJU UNIT

Voting in UK

L-Isqfijiet tal-Ingilterra u Wales qed joffru perspettiva fuq kwistjonijiet ewlenin li jikkaratterizzaw l-elezzjoni ġenerali ta’ Ġunju li ġej. Dan permezz ta’ ktejjeb ta’ 19-il paġna dwar l-għażla tal-ġid komuni, imsejjaħ “Choosing the Common Good”. Il-ktejjeb għandu l-għan li jippreżenta xi “prinċipji u valuri li fuqhom wieħed ifittex li jibni soċjeta ċivili u ġusta”. Il-pubblikazzjoni tantiċipa mhux biss l-elezzjoni ġenerali imma anki ż-żjara li l-Papa Benedittu XVI  għandu fil-pjan tiegħu li jagħmel f’Settembru li ġej… Kompli aqra »

EŻERĊIZZI SPIRITWALI B’TEMI MARBUTA MAL-AMBJENT

Il-Kummisjoni Interdjoċesana Ambjent permezz tal-Paroċċa taż-Żejtun qed torganizza eżerċizzi spiritwali b’temi marbuta mal-Ambjent. Dawn ser isiru fid-Dar it-Tagħlim San Girgor maġenb il-Knisja ta’ San Girgor fis-7.15pm kif ġej:

It-Tnejn 8 ta’ Marzu: “Alla joħloq – Għajta għadha tidwi”

Il-Ħamis 11 ta’ Marzu: “L-Ambjent – Merżuq jew  kumpens?”

It-Tnejn 15 ta’ Marzu: “Jeħtieġ li naħbtu ma’ blata!”

Għal aktar informazzjoni ċemplu 21694563 jew permezz ta’ email fuq [email protected] Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 8 ta’ Marzu

Luqa 4,24-30

U żied jgħidilhom: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon. U kien hemm bosta lebbrużi f’Iżrael fi żmien il-profeta Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mfejjaq ħlief Nagħman tas-Sirja.” Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela bil-korla; qamu, u ħarġuh ‘il barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta’ rdum ta’ l-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel… Kompli aqra »

ID-DJOĊESI IRLANDIŻA TITLOB LILL-PARROĊĊI JIKKONTRIBWIXXU FIL-ĦLAS TAL-KUMPENS LIL MIN SOFRA L-ABBUŻI

Id-djoċesi ta’ Ferns qed titlob lill-parroċċi għal fondi addizzjonali sabiex jissussidjaw mill-ammonti f’kumpens legali  għal min sofra abbużi sesswali minn membri tal-kleru. Id-djoċesi ħallset 10.5 miljun ewro f’kumpens legali lill-vittmi, spejjeż lill-avukati u spejjeż għall-programmi ta’ għajnuna. L-Isqof Dennis Brennan ta’ Ferns qal dan fil-laqgħa ġenerali annwali tal-kumitat finanzjarju tad-djoċesi. L-Isqof żied li 48 każ inqata’ waqt li għad hemm 13 miftuħa.

“Il-kwistjoni tkompli tingħata attenzjoni bi priorita u ninsab f’pożizzjoni ngħid b’sodisfazzjoni li kompli jiġi reġistrat progress”… Kompli aqra »

KNEJJES IFITTXU FTEHIM FL-EWROPA TA’ LVANT

Rappreżentanti mill-Knisja Ortodossa Russa u mill-Knisja Kattolika tal-Polonja ltaqgħu fil-jiem li għaddew sabiex jiddiskutu passi ‘l quddiem lejn rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Komunikat mid-dipartiment għar-relazzjonijiet esterni tal-Knisja fi ħdan il-Patrijarkat ta’ Moska qal li ż-żjara tagħhom f’Varsavja kellha l-għan li “tiddiskuti l-assistenza possibbli mill-Knisja għal binja ta’ relazzjonijiet bejn il-popli tal-Polonja, r-Russja, l-Ukrajna u l-Belarus”. Kienet laqgħa organizzata fuq stedina mill-Arċisqof Josef Michalik li huwa President tal-Konferenza Episkopali Pollakka u mill-Kap tal-Knisja Ortodossa tal-Polonja… Kompli aqra »

8 – 14 ta’ Marzu

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru Kateketiku u jiltaqa’ mal-Katekisti fil-Parroċċa tal-Manikata, bħala parti miż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma persuni mill-parroċċa tal-Manikata li jixtiequ jkellmuh.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali tal-Manikata.

It-Tlieta

11.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ l-Għaqda Unions Maltin, fil-Kurja… Kompli aqra »