Fr Federico Lombardi

Fi stqarrija maħruġa mid-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, ngħata x-xenarju tal-Knisja fir-rigward tal-ġrajjiet karatterizzati minn abbużi sesswali minn membri tal-kleru… Motivazzjoni għall-Knisja sabiex twieġeb. Dan waqt li x-xenarju jittieħed f’perspettiva usa’ li jkun iħares lit-tfal u ż-żgħażagħ mill-abbuż sesswali f’soċjeta sħiħa.

Dan fid-dawl ta’ investigazzjonijiet li kienu għaddejjin fuq istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u individwi f’pożizzjoni ta’ responsabbilta fi ħdan il-Knisja fl-Irlanda, kif ukoll fl-aħħar ġimgħat, fil-Knisja f’ċerti pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali.

Statistika riċenti uriet pereżempju li fl-Awstrija, fl-istess perjodu ta’ żmien, il-każi pruvati ta’ abbużi f’istituzzjonijiet tal-Knisja kienu 17, waqt li kien hemm mal-510 każi f’żoni oħra.

Patri Federico Lombardi fakkar fit-tħassib li esprima riċentament il-Papa Benedittu XVI, anki f’laqgħat apposta li kellu mal-Isqfijiet Irlandiżi fil-Vatikan.  Huwa ma naqasx milli jirreferi wkoll għas-sitwazzjoni, l-iżviluppi u d-dibattitu fuq l-istess suġġett fl-Awstrija, fil-Ġermanja u l-Olanda. Qal li hawn, l-istituzzjonijiet ekkleżjali urew trasparenza u mxew fid-direzzjoni t-tajba fil-mod kif trattaw il-każi. Qal li ħadmu wkoll fuq linjigwida ta’ strateġija għall-prevenzjoni apparti milli għall-kura ta’ każi eżistenti, li fi kliemu, ngħataw l-attenzjoni mistħoqqa.

Temm jgħid li s-serjeta tal-każi li qed tesperjenza l-Knisja bħalissa, ħadd ma jista’ jiċħadha. Sadattant irid jibqa’ jsir dak kollu possibbli biex ikunu protetti t-tfal u ż-żgħażagħ fil-Knisja u s-soċjeta kollha kemm hi. Hekk ukoll tkun qed tiġi ppurifikata l-Knisja.