Voting in UK

L-Isqfijiet tal-Ingilterra u Wales qed joffru perspettiva fuq kwistjonijiet ewlenin li jikkaratterizzaw l-elezzjoni ġenerali ta’ Ġunju li ġej. Dan permezz ta’ ktejjeb ta’ 19-il paġna dwar l-għażla tal-ġid komuni, imsejjaħ “Choosing the Common Good”. Il-ktejjeb għandu l-għan li jippreżenta xi “prinċipji u valuri li fuqhom wieħed ifittex li jibni soċjeta ċivili u ġusta”. Il-pubblikazzjoni tantiċipa mhux biss l-elezzjoni ġenerali imma anki ż-żjara li l-Papa Benedittu XVI  għandu fil-pjan tiegħu li jagħmel f’Settembru li ġej.

Fid-dokument, l-Isqfijiet iżommu li kwistjonijiet ta’ natura soċjali ma jistgħux jitħallew biss għall-Gvern biex isolvihom, imma huma fir-responsabbilta ta’ kull individwu. Fissru li “soċjeta ġusta tista’ tinbena minħabba li x-xewqa għall-verita u għall-imħabba hi miżrugħa fin-natura ta’ kull bniedem”.

Id-dokument jippromwovi l-virtu bħala fundamentali għall-imġieba soċjali.

“Il-vitujiet jibnuna fil-moralita, sabiex nagħmlu dak li hu sew u li jagħmlilna ġieħ, irrispettivament mill-premju jew minn dak li hu obbligat minna bil-liġi”. L-Isqfijiet issuktaw li “l-azzjoni ta’ virtu ġejja mis-sens ta’ dinjita tal-individwu u tal-oħrajn, kif ukoll mis-sens ta’ rispett ta’ kull individwu. Għemil tajjeb anki meta mhemm ħadd jarak”.